Lokali

Ebda ġrieħi wara li nqalbu bil-karozza

Inċident illi seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi seħħ għall-ħabta tas-1am fi Triq il-Belt Valletta, fil-Mosta,fejn fih kienu nvoluti żewġ żgħażagħ … li nqalbu bil-karozza.

Il-karozza tal-għamla BMW kienet qed tinstaq minn zaghzugh ta’ 20 sena mill-Mosta….li miegħu kellu ġuvni ta’ 17-il sena min-Naxxar.

Malli sehh l-incident…..fil-post waslu mal-ewwel ufficjali tal-pulizija, uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u anke ambulanza.

Iż-żewġ żgħażagħ ingħataw il-kura fil-post għax-xokk li kellhom fuqhom.

Il-Pulizija ghadha qed tinvestiga.