Sport Sport Ieħor

Emma Raducanu eliminata fit-tieni round tar-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

It-tennista Brittanika Emma Raducanu kienet eliminata fit-tieni round tar-Roland Garros. Raducanu kienet megħluba minn Aliaksandra Sasnovich tal-Belarus bi skor ta’ 3-6 6-1 6-1. Raducanu rebħet il-Grand Slam tal-Istati Uniti f’Novembru li għadda iżda l-prestazzjonijiet tagħha wara dan it-tournament ma laħqux l-asspettativi ta’ bosta. Għat-tennista ta’ 19-il sena dan kien l-ewwel staġun tagħha fit-Tour tal-WTA u sabitha diffiċli li tikseb suċċess. Minkejja dan, Raducanu qalet li tinsab ħerqana li tikkompeti fil-Wimbledon.