Lokali Parlament

Il-femiċidji f’Malta ġejjin mill-kultura fil-pajjiż

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista qalet lil-femiċidji f’Malta ġejjin mill-kultura fil-pajjiż u l-mod kif fil-passat kienet trattata l-mara.

Dan sostnietu d-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg fil-parlament fid-dibattitu dwar il-liġi dwar il-femiċidju.

Il-vittmi tal-femiċidji mill-1998 huma; Lucy (Rozarja) Schembri, Victoria Abela, Odette Abela, Carmela Vella, Marija Buhagiar, Therese Agius, Emilia Catania, Jacqueline Catania, Jane Vella, Josephine Grima, Carmen Dalli, Fortunata Spiteri, Vanessa Grech, Ailey Grech, Pauline Tanti Rachel Muscat, Patricia Attard, Marija Attard, Elizabeth Cauchi, Josette Scicluna, Katia Farrugia, Angela Bondin, Doris Schembri, Simone Grech, Larissa Safranova, Therese Sciberras, Marija Theresa Vella, Catherine Agius, Liudmyla Nykytiuk, Christina Sammut, Irena Bilyanova Abadzhieva, Karen Elizabeth Caruana, Margaret Mifsud, Meryem Buhagiar, Yvette Gajda, Lisa Marie Zahra, Sylvana Muscat, Vera Holme, Eleanor Mangion Walker, Caroline Magri, Maria Carmela Fenech, Antonia Micallef, Shannon Mak, Lourdes Agius, Marija Lourdes Bonnici, Angele Bonnici, Chantelle Chetcuti, Paulina Dembska u Rita Ellul

Dawn huma kollha nisa li nqatlu mis-sieħeb tagħhom, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li s-soċjetà naqset lil dawn in-nisa. Kien hemm professjonisti li diġà kellhom idea ta’ dak li kien qed iseħħ. Jirriżulta li l-problema tal-femiċidju ġejja mill-kultura tal-pajjiż u li n-nisa jibżgħu joħorġu minn relazzjoni anki meta jkunu abbużati.

Claudette Buttigieg kompliet li l-ammont ta’ femiċidji f’Malta hu wieħed kbir u sostniet li l-Liġi tal-Femiċidju għandha tgħaddi bla ma jkollha nuqqasijiet. Jeħtieġ ikun hemm il-kunsiderazzjoni jekk hemm il-possibbiltà li din il-liġi tkun kontestata fil-kuntest tal-kostituzzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li jeħtieġ isir iktar fl-edukazzjoni efjn il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika għandha tkun iktar preżenti dwar x’inhu femiċidju. Hi appellat għall-kampanji biex ma jkunx iktar possibbli li persuni li jirrifjuat avvanz sesswali jiġu abbużati.

Claudette Buttigieg sostniet li s-sentenzi tal-qrati għandhom ikunu impimentati mill-parlament u appellat biex il-Konvenzjoni ta’ Istanbul tkun ukoll imdaħħla fis-seħħ.