Lokali

Il-Kabinett ta’ Abela m’għandu ebda soluzzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet

Fl-aħħar xhur ċertament li ż-żieda fil-prezzijiet f’kull sfera u qasam tan-negozju qed tkun ta’ piż mhux biss għas-sidien tal-ħwienet iżda mingħajr dubju ankè għall-familji Maltin u Għawdxin.

Din l-inflazzjoni li pajjiżna qed iħabbat wiċċu magħha ma ġietx biss konsegwenza tal-gwerra fl-Ukrajna hekk kif prodotti bhall-hobz, il-halib, ic-cerejali, il-pastizzi u xarbiet mhux alkoholici…. żdiedu sa minn qabel l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet. Tant illi sa Frar – skont il-Caritas – xirja bazika zdiedet medja ta’ €100 kull xahar!

Bosta esperti qed ibassru li l-prezzijiet mhux se jmorru għal li kienu – bil-poplu inevitabbilment jistaqsi x’se jkun qiegħed jagħmel il-Gvern sabiex itaffi dan il-piż kollu, ta’ żieda fl-għoli tal-ħajja li bħalissa tidher li m’għandhiex limitu.

Net News staqsa lill-membru iehor fil-Kabinett ta’ Robert Abela, il-Ministru Clayton Bartolo …biex jghidilna kif il-Gvern se jindirizza din il-kwistjoni b’mod fattwali u immedjat, bil-Ministru jisħaq li qed iżomm il-prezzijiet stabbli….filwaqt li ta’ x’jifhem li s-sussidju fuq id-dqiq se jgħin lil kulħadd.

Madanakollu, għajr il-furnar, din l-ghajnuna ftit li xejn se tkun qiegħda taffettwa lil sidien ta’ negozji oħrajn – fosthom l-istabbilimenti tal-ħwejjeġ, u negozji li jbiegħu affarijiet bażiċi oħra,

Ftit tal-jiem ilu, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne prattikament talab lill-poplu sabiex jikkonsla għax barra minn xtutna ż-żieda fil-prezzijiet kienet għola minn ta’ Malta. Madanakollu nesa jsemmi li ankè l-pagi huma bil-qabda aktar baxxi f’pajjiżna meta kkumparati ma’ ta’ barra.

Minkejja kollox, huwa fatt li l-kriżi tal-inflazzjoni preżentament qed taffettwa lill-bqija tad-dinja – bil-konsegwenza li d-daqqa fuq il-but mhux biss qed iħossuha l-Maltin u l-Għawdxin iżda ankè l-persuni li jgħixu barra minn xtutna…dawk li għal pajjiżna jitqiesu eventwali turisti.

Staqsejna lill-Ministru Bartolo x’inhu jagħmel biex Malta tkun kompettitiva ma’ pajjiżi oħra bil-għan li tiġbed aktar turisti lejha fl-isfond ta’ din l-inflazzjoni….bil-Ministru jghid li l-prezzijiet mhux jinkwetawh.

Fl-ahhar jiem, operaturi fis-settur sistnew li ghalkemm dan se jkun Sajf tajjeb, xorta ghad hemm element qawwi ta’ incertezza. U zgur li mhumiex f’pozizzjoni li jippjanaw ghall-Harifa u x-Xitwa li gejja.