Il-plejer tad-darts Malti Joseph Martin għadu kemm ħa sehem fil-World Para Darts Winmau Trophy 2022 li sar fil-belt ta’ Ostend fil-Belġju.
Dan it-turnament kellu l-parteċipazzjoni ta’ 89 plejer li kienu ġejjin minn 14-il pajjiż differenti.
Joseph Martin lagħab fis-singles tal-irġiel u spiċċa fl-ewwel post tal-grupp wara rebħiet tajba fuq l-Amerikan Brenden Conway u l-Olandiż Dennis Hillebrand. Hu għadda għall-fażi tal-aħħar 32 fejn eventwalment ġie eliminat mill-Belġjan Tony Schoolmeesters.
Il-plejer tad-darts Malti ħa sehem ukoll fid-doubles flimkien mal-Belġjan Luc De Baere u spiċċaw fir-raba’ post tal-grupp għalkemm ma kienx biżżejjed sabiex jgħaddu għall-fażi li jmiss.
Fil-kategorija tat-timijiet, Joseph Martin lagħab Rob Gillan, Patrick Morrison u Jackie Goethals fejn wara li rebħu 9-5 kontra l-Ungerija, tilfu 9-4 kontra d-Danimarka.
Din il-mawra ta’ Joseph Martin lejn il-Belġju seħħet grazzi għall-kollaborazzjoni bejn l-Assoċjazzjoni Maltija tad-darts u l-World Para Darts.
//= $special ?>