Futbol Sport

Illejla l-finali tal-UEFA Conference League

Illejla f’Tirana fl-Albanija fid-9.00pm, Roma se jkunu qed jilagħbu kontra Feynoord fl-ewwel finali tat-tielet kompetizzjoni Ewropeja, f’dik li f’dan l-istaġun kienet l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Conference League.

Iż-żewġ timijiet kellhom esperjenza pożittiva f’din il-kompetizzjoni fejn irnexxielhom jagħmluha sal-finali. Roma taħt it-tmexxija ta’ Jose Mourinho se jkunu qed jibdew bħala l-favoriti, bil-finali f’Tirana se tkun l-ħames waħda f’kompetizzjoni Ewropeja għal Jose Mourinho, bil-kowċ Portugiż jirbaħ l-erbgħa preċidenti.

Għal Feynoord din se tkun l-ewwel finali Ewropeja sa mill-2002 fejn dakinhar rebħu l-UEFA Cup, bit-tim Olandiż dan l-istaġun itemm fit-tielet post fil-Eredivisie. Minn naħa tagħhom, Roma temmew fis-sitt post fis-Serie A. Iż-żewġ timijiet għandhom partitarji passjonati għall-iskwadri rispettivi u se jkunu qed jimlew l-Air Albania Stadium għal din il-finali.