Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni taqbel mal-liġi tal-femiċidju iżda tinsisti għal riformi ikbar

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-Oppożizzjoni taqbel mal-liġi tal-femiċidju iżda tinsisti għal riformi ikbar

Fil-parlament Karol Aquilina qal li l-liġi hi ispirata minn avvenimenti li seħħew fil-pajjiż foshotm il-qtil tal-Pollakka Paulina Dembska; liema qtil ixxokkja pajjiż. Hu qal li l-Oppożizzjoni se tivvota favur din il-liġi għaliex tindirizza s-sitwazzjoni fil-pajjiż.

Jeħtieġ li l-pajjiż jara kif żviluppat is-soċjetà wara li għal ħafna snin in-nisa kienu kkunsidarti tat-tieni klass, sostna Karol Aqulina, li qal li llum hawn liġijiet li joħolqu ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel iżda r-realtà mhix perfetta. Jeħtieġ għalhekk li jkun hawn aktar edukazzjoni, impenn u għarfien.

Fil-pajjiż kien hanw anki omertà dwar il-vjolenza domestika; liema sitwazzjoni wasslet għal iktar vjolenza domestika. Fl-ewwel tmiem xhud tal-2021 kien hemm 1,085 każ fil-qrati iżda dan in-numru ta’ jirriflettix il-verità għaliex ikun hemm iktar każi minn hekk. Minn dawn il-każi 264 każ l-akkużat kien każ filwaqt li 821 kien akkużat raġel. Dan juri li hemm differenza fin-numru ta’ nies li huma vittimi tal-vjolenza domestika fejn in-nisa huma l-aktar vittmi tal-vjolenza domestika.

Id-deputat Nazzjonalista ppropona li jsiru iktar diskussjonijiet biex il-liġi tkun imtejba u ikun hemm riformi iktar b’saħħithom li jiżguraw is-saltna tad-dritt.