Lokali Qorti

Maltin u Serbi mhux ħatja li kkawżaw feriti fuq raġel f’Paceville wara ġlieda fuq flixkun inbid

Żewġ Maltin u żewġ Serbi ma nstabux ħatja li fl-2010 kkaġunaw ġrieħi gravi fuq raġel ta’ nazzjonalità Maltija fi club ġewwa Paceville. Giacomo Farrugia ta’ 40 sena, Duncan Fenech ta’ 48 sena u s-Serbi Zoran Kutlic ta’ 30 sena u Srdjan Tintor ma nstabux ħatja li, fit-12 Ottubru 2010, għall-ħabta tas-2:15a.m., fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan ikkawżaw ferita gravi fuq persuna maskil wara ġlieda li bdiet fuq flixkun imbid.

Lanqas ma nstabu ħatja li għamlu ħsara fin-nuċċali tiegħu  u fuq ‘choker’ li kellu fuqu u li serquha, liema serqa kien attribwit bi vjolenza..  Lanqas ma nstabu ħatja li pprovkaw lill-istess persuna, u li kisru l-paċi pubblika. Il-Qorti qalet li ma setgħetx issib lill-erba’ rġiel ħatha għal diversi raġunijiet fosthom kif saru l-proċeduri minn naħa tal-prosekuzzjoni fejn kien hemm akkużi fil-każ tas-Serbi li kienu preskritti.

Ukoll li l-akkużati ma kienux assisti legalment waqt l-istqarrija tagħhom u n-nuqqas ta’ jreddibilità tal-allegat vittma, li dak inhar tal-inċident kien fis-sakra. Sdanittant il-Qorti nnutat li x-xhieda tal-akkużati kienet korrobarata u konsistenti. Zoran Kutlic u Srdjan Tintor waħedhom kienu qegħdin jiġi mixlija wkoll  

li fll-istess data, ħin, post u ċirkostanzi ħadmu jew kienu mpjegati bħala gwardjani privati ​​mingħajr il-permessi meħtieġ minn l-awtoritajiet kompetenti. Duncan Fenech kien qed jiġi mixli wkoll li sar reċediv. It-tabiba Anna Maria Bonello li kienet it-tabiba li eżaminat lill-vittma u li ħarġet iċ-ċertifikat mediku fejn kienet issuspettat ksur tal-kranju u għalhekk  kien jindika ferita gravi. Hija kkonfermat li Genovese kien rilaxxat minn l-isptar l-għada iżda ġie riferut għand l-ENT u l-Ophtalmic.

Mar Paceville ma żewġ ħbieb

L-allegat vittma kkonferma li kien mar Paceville ma’ żewġt iħbieb. Marru klabb privat u kienu bilqiegħda fuq sufan fejn ordnaw flixkun inbid. Huwa qal li ta lill-waiters €40. Meta wasal l-inbid, offra lil sħabu. Ftit wara ddeċieda li jmur u ifittex tfajla li kien iltaqa’ magħha l-lejl ta ‘qabel, u qam minn fuq is-sufan u mar ifittexha imma ma sabhiex u allura ddeċieda li jpejjep sigarett barra.

Meta reġa’ daħal ġewwa ħdejn il-mejda tagħhom, innota li ma kienx hemm u la l-flixkun tal-inbid u għalhekk hu staqsa lill-waiters fejn marru. Hija wieġbet li ħabib tiegħu kien ħadithom u meta ħareġ barra jistaqsi, il-ħabib tiegħu wieġbu li qatt ma kien se jagħmel hekk. Imbagħad daħal ma ħabib tiegħu biex ikollu jiskopri x’ġara.

F’daqqa waħda, qal li Malti ħareġ minn wara l-bar li kien il-Manager, imma ix-xhud ma seta’ jagħraf lil ħadd. Qal li wara li argumenta ma’ dan il-Manager marru fuqu  żewġ securities, li wieħed, seta’ jirrikonoxxi bħala l-akkużat Zoran Kutlic. Dawn qabduh minn idejh u eskortah barra filwaqt li l-Maniġer kien qed jgħidlu li dan kien kollu għal €17 u li seta’ jagħtihom lilu.

Imbagħad marru tliet securiites oħra biex jagħtu daqqa t’id. Ix-xhud ma kienx ċert jekk l-akkużat Duncan Fenech kien il-Manager inkwistjoni. Hu wkoll irrikonoxxa b’mod vag lill-imputat Giacomo Farrugia bħala wieħed mis-Securities. fejn qal li kien hu li attakkah barra. Ix-xhud ilmenta wkoll li l- nuċċali li kien liebes spiċa mal-art u konsegwentement il-lentijiet tkissru. Ix-xhud spjega wkoll li waqt li kien fuq l-aħħar tarġa fuq barra, tfixkel u hemm kien aggredit u f’dan il-ħin spiċċa biċ-choker li kellu miksur.

Ma setax jikkonferma min sawwtu

Huwa kkonferma li ma setax jgħid min kien li tah bil-ponn. Imbagħad qal li s-securites ħaduh sa fuq it-taraġ u mbagħad litteralment rmewh. Imbagħad qal li wieħed mis-securities  għolla l-flokk biex juri gidma li kien qal li għamililu hu (il-vittma) u il-gwarjan tas-sigurtà  tah daqqa ta’ ponn f’għajnejh il-leminija. 

Waqt il-kontro-eżami x-xhud ikkonferma li qabel marru Paceville kienu Marsascala jieklu u jixorbu u fis-1:00 am marru Paceville. Hu kkonferma li kien ikkunsma madwar tmien drinks b’kollox. Hu għal darb’oħra kkonferma li ma jagħrafx totalment l- akkużati u jekk kellhomx rwol fl-assalt.

Mimdud taħt il-bankina kollu dmija

Is-Surġent Ramon Mifsud Grech xehed li kien għassa fit-12 ta’ Ottubru , 2010 f’Paceville matul il-lejl fejn għall-ħabta tas-2:15 a.m barra club privat fi Triq San Ġorġ huma raw raġel mimdud taħt il-bankina bid-demm ħiereġ minn wiċċu u rasu.

Huma ppruvaw jitkellmu mal-persuna, iżda kien mitluf minn sensih u riħa ta ‘alkoħol. L-għada kkonferma min kien il-vittma u skopra li kien seħħ argument dwar flixkun inbid fl-imsemmi club. Ir-rwol tas-surġent kien li jikkompila rapport tal-pulizija.

Jesmond Baldacchino li huwa ġojjellier ikkonferma bil-ġurament il-valur taċ-choker tad-deheb, li nkiser, u li kien jiswa €2,100. Il-Qorti semgħet ix-xhieda tal-akkużat Giacomo Farrugia fejn qal li fil-lejl tal-allegat inċident mar Club  peress li ħabiba tiegħu taħdem hemm.  Stqarr li dakinhar waqt li kien qed jixrob fil-bar, ra kommossjoni u waħda mill-persuni gidmitu u hu imbottah biex jevita ġrieħi oħra.

Qabel kien hemm żewġ persuni li kienu qed iżommu lill-allegat vittma li wara li gidmu mexa malajr lejn il-bieb l-ieħor. Farrugia stqarr ukoll li ntlaqat fuq wara minn oġġett li jaqta imma ma jistax tgħid minn min. Fuq barra kompliet il-kommossjoni fejn żewġ persuni kienu qed jippruvaw jikkontrollaw lill-allegat vittma. Hu iddikjara li ma kienx jaf min kienu is-securities.

Hoss qawwi mal-bieb

L-akkużat Duncan Fenech li dak il-lejl kien qed jitkellem ma’ xi ħbieb fil-club li tiegħu huwa wieħed mid-diretturi u f’daqqa waħda sema’ ħoss qawwi ma’ bieb fejn raġel daħal jgħaġġel u mar ikellem il-waitress. Iddeċieda li jmur jara jekk kellux bżonn l-għajnuna u dan beda jattakkah verbalment. Huwa stqarr li wera sinjali ċari li kien fis-sakra.

Il-waitress imbagħad infurmatu dwar l-inċident tal-flixkun tal-inbid. Imbagħad qallu biex imur warajh biex ikunu jistgħu jitkellmu barra bil-kwiet. Matul dan perjodu l-persuna kompliet tgħolli leħinha u qallu li hu ried il-flus mill-cash u mhux mingħandu.

Barra żewġ persuni tas-security marru biex jassistu iżda ma setgħux jifhmu x’kien qed jiġri peress li ma kinux Maltin. Dawn kienu ż-żewġ akkużati l-oħra Zoran Kutlic u Sedjan Tinter. L- akkużat irrakkonta l-argument bejn l-akkużat l-ieħor Giacomo Farrugia u l-parti aggravata u stqarr li pprova jmur bejniethom biex iwaqqaf l-ġlieda. Ix-xhud spjega u ddeskriva

ix-xena bħala “mess”. Madankollu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan ix-xhud l-inċident waqaf meta l-parti aggravata u Giacomo Farrugia kienu barra peress li kellu jidħol ġewwa biex jara l-bieb imkisser. L-akkużati Serbi wkoll xehedu bl-istess mod fejn  qalu wkoll li kien l-allegat vittma li qala’ l-inkwiet.

Żbalji tal-prosekuzzjoni

Meta ġiet biex tagħti s-sentenza l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li saru żbalji proċedurali anke fejn l-istqarrija tal-imputati għandha tiġi skartata filwaqt li l-allegat vittma mhuwiex kredibbli. Il-fatt li waqt l-istqarrijiet ma kien  hemm avukat preżenti, l-istess stqarrijiet għandhom jiġu dikjarati bħala inammissbbli.

Dwar dak li qal l-allegat vittma, x-xhieda tiegħu ma  kinitx  ikkorroborat mill-evidenza tal-ħbieb tiegħu li kienu preżenti fil-lejl tal-inċident u t-tieni minħabba l- fatt li kien allegat vittma li dak iż-żmien kien fis-sakra fil-ħin tal-inċident kif intqal mill-akkużati kollha u għalhekk hu aktar kredibbli li beda l-argument kollu.

L-akkużati taw verżjonijietkonsistenti mid-dikjarazzjonijiet tagħhom għal tagħhom u fix-xhieda quddiem il-qorti. Lanqan il-prosekuzzjoni ma kienet konsistenti fir-rigward tal-ġrieħi fejn dawn jirreferu għal korrimenti gravi ta’ natura permanenti. Minn evidenza jirriżulta li Genovese ma nżammx l-isptar għal żmien twil u li llum il-ġurnata l-ġrieħi tiegħu spiċċaw, u ma jsofrix aktar minn ġrieħi bħal dawn.

Biex wieħed iżid il-melħ fuq l-ferita, l-Avukat Ġenerali qatt ma talab lill-Qorti biex jaħtar espert biex jiddetermina n-natura tal-korrimenti u għalhekk anke dawn mhumiex ippruvati; Fir-rigward tad-danni volontarji l-Qorti semgħet ix-xhieda ta’ ġojjellier biex jikkonferma l-valur ta’ ġiżirana u espert biex jikkonferma l-valur tat-tiswijiet fuq in-nuċċali, imma mkien it-tnejn huma kkonfrontati b’ritratti ta’ dawn l-oġġetti Għalhekk, anke din l-akkuża ma ġietx ippruvata lil hinn minn dubju raġonevoli

Fir-rigward tal-akkużi li bihom l-akkużat Zoran Kutlic u Srdjan Tantor huma akkużati li huwa taħt il-Kapitolu 389 tal-Liġijiet ta’ Malta ta’ min jgħid li peress li dawn ġew notifikati minn dawn l-akkużi erba’ snin wara l-allegat inċident u peress li dawn l-akkużi jistabbilixxu piena għal multa ta’ mhux aktar minn  €4,658.75ċ) u  priġunerija jew terminu ta’ mhux aktar minn sitt xhur jew it-tnejn tali multa u priġunerija li jimponu a perjodu preskrittiv ta’ sentejn ( kif stabbilit bl-Artikolu 688 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha l-erba’ akkużati ġew illiberati. Għalihom deheru l-Avukati Veronique Dalli, Shazoo Ghaznavi u Alber Zerafa. Il-prosekzuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.