Futbol Sport

Roma jirbħu l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Conference League

Roma rebħu l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Conference League meta f’Tirana fl-Albanija huma għelbu lil Feyenoord bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorja fit-32 minuta mal-ewwel xutt fil-lasta ta’ Roma, meta minn pass ta’ Gianluca Mancini kien Nicolo Zaniolo li xeħet wara Justin Bijlow għal 1-0. Feyenoord viċin il-gowl tad-draw fis-47 minuta meta l-konklużjoni ta’ Fredrik Aursnes ħabtet mal-lasta. Minkejja l-pressjoni ta’ Feyenoord fit-tieni taqsima Roma għarfu jiddefendu tajjeb ir-riżultat biex rebħu l-ewwel trofew Ewropew sa mill-1961. Dan kien ukoll trofew Ewropew ieħor għall-kowċ Jose Mourinho fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Roma.

(Ritratt: EPA)