Sport Sport Ieħor

Sonique Gatt tirbaħ il-midalja tad-deheb fil-hammer throw

F’Mallorca ingħata bidu għall-edizzjoni 2022 tal-Logħob tal-Gżejjer magħruf bħala COJI li fiħ jipparteċipaw atleti ta’ bejn id-9 u 17 il-sena. Fl-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni suċċess fl-atletika fejn fil-ħammer throw, Sonique Gatt rebħet il-midalja tad-deheb b’tefgħa ta’ 38.25 metru. Suċċess wkoll minn Kareem Chouhal fejn wara li fil-hammer throw kiseb il-midalja tal-bronż b’tefgħa ta’ 47.59 metri, kiseb il-midalja tal-fidda fix-shot put b’tefgħa ta’ 11.35 metri li kienet l-aħjar tefgħa personali għal dan l-istaġun. Il-Kumitat Olimpiku Malti ilu jieħu sehem fil-Logħob tal-COJI mill-2004 fejn din is-sens Malta qed tieħu sehem fl-atletika, ġinnastika, karate, ibburdjar , għawm u table-tennis.