Lokali Saħħa

“F’Malta m’hawn ebda każ konfermat ta’ monkeypox” – Chris Fearne

"Il-monkeypox mhix Covid oħra"

“Sal-lum m’hawn ebda każ tal-monkeypox f’pajjiżna”.

Hekk iddikjara l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni dalgħodu. Bil-Ministru Fearne jgħid li m’għandux ikun hawn lok ta’ tħassib minħabba dan il-virus, għaliex l-awtoritajiet huma preparati.

“M’għandux ikun hawn każ ta’ allarm jekk ifeġġ xi każ tal-monkeypox”, sostna l-Ministru tas-Saħħa.

Chris Fearne insista li l-monkeypox mhix Covid oħra.