Lokali Qorti

Frodi ta’ eluf ta’ ewro fuq taparsi skemi tal-housing li ma jeżistux

Mara li kienet tgħid li jisimha Sue Borg meta fir-realtà kien jisimha Sarah Ann Gatt wegħdet diversi postijiet tal-Gvern lil mara, bintha u peruna oħra  u li dawn tawha  s-somma ta’ €73,000, wara li qaltilhom li kienet se tirranġalhom kollox hi. Il-mara li taħdem bħala Cleaner Self-Employed minn Santa Venera kienet qaltilhom ħarġet skema tajba u ta’ darba milll-Gvern bi prezzijiet li wieħed m’għandux jitlef.

Sarah Ann Gatt kienet infurmat lil dawn il-persuni li it-tifel ta’ ħuha  jaħdem il-housing u kellu s-saħħa li jirranġa kollox. Is-somma ta’ €73,000 ingħata fi flus kontanti għax kienet tgħidilhom li l-housing ma jitħallasx mod ieħor. Kollox jindika li l-ismijiet ta’ persuni li Gatt kienet tgħid li qegħdin jgħinuha minn naħa tal-housing ma jesiżtux. U li lanqas djar jew garraxxijiet li kienet issemmilhom ma jeżistu u li darba minnhom il-mara ffrodat is-somma ta’ €3,500 għax qalet li kellha bżonnhom tant li mingħajrhom kienet se tikkommetti suwiċidju.

Dan it-tagħrif ħareġ meta bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Sarah Ann Gatt quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li qed tiġi mixlija li ffrodat total ta’ madwar €300,000 mingħand tal-inqas 27 persuna bi skambju għal proprjetajiet ta’ djar tal-gvern bi prezz imraħħas li qatt ma mmaterjalizzaw.

Sadanittant fi tmiem l-ewwel seduta l-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex l-mara titqiegħed taħt atta ta’ akkuża. Gatt li qed twieġeb mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha, baqgħet arrestata wara li talba għall-pleġġ ġiet miċħuda mill-Qorti.

L-Avukat Ġenerali qed jgħid ukoll li minn mindu l-mara tressqet il-Qorti jirriżulta li barra s-27 allegat vittma hemm persuni oħra li jidher li ngidmu minnha. Gatt ta’ 42 sena qed tiġi mixlija bi frodi, misapproprjazzjoni, falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi u privati, ksur tal-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża u li hija reċidiva.

Isem falz

Ix-xhud fl-ewwel seduta kienet qalet li hija mara tad-dar. Hija qalet li lill-akkużata, li hija għarfet fl-awla kienet tafha bħala Sue Borg. Kien wara li saru jafu li hija Sarah Anne Gatt. Hija saret tafha permezz tat-tifla tagħha għax kienet ħabiba tagħha.

Kienet qaltilhom din hija okkażjoni ta’ darba biss. Qaltilhom wkoll li għandha ħanut fi Triq Psaila Santa Venera, u li tbiegħ ħwejjeġ tad-ditta.  Wara qaltilhom ukoll li tmur tnaddaf il-flats.

Ix-xhud qalet li l-akkużata dejjem qaltilhom li l-ħanut huwa tagħha. Sadaniitant kienet tibgħat ritratti ta’ komun tal-flat fejn kiene tkun qegħda tnaddaf. Ix-xhud qalwet li dejjem kienu jiġru warajha biex tagħtihom rċevuti fuq il-ħlas li kien jagħtuha. Minbarra hi u tifla kien hemm persuna oħra li hum jafu li kienu jagħtuha l-flus biex jieħdu post jew garaxxijiet.

Hi iżda kienet tgħdilhom li biflors riedu jħallsu xi flejjes minn qabel, u f’perjodu minnhom tawha €35,350 ewro. Kienet tgħidilhom li l-flus kellha bżonnhom għat-tender,  paper work , ċens, u servizzi oħra. Meta kienu jistaqsuha dwar l-awtoriżazzjoni u kif se jieħdu l-propjetà, din kienet tgħidilhom li ċertu Luca Sciclina li jiġi t-tifel ta’ ħuwa,  jaħdem il-housing għandu l-awtorità u li fil-housing stess għandha minn jgħinha,.

Ix-xhud kompliet tgħid li l-akkużata kienet dejjem tgħid li l-flus tridhom kontanti. Irċevuti qatt ma ħarġet u kienu jikkomunikaw bil-messaġġi. U kienu jgħidulha fejn tmur għal flus, għandha jew għand it-tifla,. Ix-xhud qalet li hija saret taf b’Gatt f’Novembru tal- 2020. Hi wara semmitilha il-propjetà fid-19 ta’ April 2021 Qalet li messaġġi permezz ta’ SMS’s u WhatsUp kienet se tippreżentahom fil-Qorti bħala dokumenti ta’ prova.

Ix-xhud qalet li saret taf li isimha kien falz meta marret ma’ bintha l-ħanut ta’ Santa Venera fejn riedet karta ffirmata mingħand Sue Borg, għal flus li kienu għaddewlha. Meta qalulha biex tagħmel dan u talbuha l-karta tal-identità hija għall-ewwel kienet daqsxejn imħawwda, u meta finalment tagħtilhom skoprew li fuqha hemm l-isem ta’ Sarah Anne Gatt. Fuq mistoqsija tal-Qorti, x-xhud qalet li hi, bintha u persuna oħra għandhom jieħdu mingħandha  €73,000.

“Issa nagħtikom kollox f’daqqa għand in-nutar tiegħi” kienet tgħid li-xhud li kienet tirrispndiha le għand in-nutar tagħha, bl-akkużata ma tmerihomx. Kompliet għid li fil-ħanut ta’ Santa Venera kienu jmorru ta’ spiss, u ġieli kien hemm preżenti ir-raġel tal-akkużata.

Dar bil-garaxxijiet fiż-Żejtun li ma teżistiex

Ix-xhud qalet li dan Luca Scicluna, li skont l-akkużata huwa t-tifel ta’ ħuwa kien jibgħatilha l-messaġġi. Darba bgħatitlu messaġġ biex tiċċekkja xi ħaġa dwar il- bolla fuq propjetà. Qalet li baqa’ rrispondihiex u meta ċempiltu rridpondit Sarah Ann Gatt, li  qatgħet, għax għarfitha. “Dejjem issa nagħtikom il-flus,  u tgħidlilhom li waslu fl-aħħar.

Ix-xhud qalet fil-Qorti li hi ma setgħetx tibqa’ tistenna u riedet il-flus kollha lura. Hawn l-akkużata kellmitha fuq dar b’żewġ garraxxijiet li jinsab fi Triq il-President Anton Butigieg fiż-Żejtun. Ikkonfermat li  lanqas pjanti ma kien ikollha u dejjem tgħidilha li se tieħu kollox meta jmorru għand in-nutar.

Ix-xhud qalet li d-dar rieduha hi u r-raġel u iżda l-ewwel riedu jbiegħu d-dar tagħhom biex ikunu jistgħu jidħlu għal spejjeż ta’ dar oħra. Qalet li fuq id-dar taż-Żejtun  kien marru jfittxuha, iżda ma sabux propjetà b’żewġ garaxxijiet. L-akkużata kienet tgħidilhom li dawn huma miżmumin tajjeb u li dalwaqt ħerġin mill-housing. Semmitilha wkoll x garaxxijiet fil-Fgura fuq l-istess skema, u li tġajjret tixtri garaxx lit-tifla fil-Fgura.

Dwar il-garaxijiet Gatt  qaltilha li dawn għandhom l-arja tagħhom u li hemm  flat fuqhom u riedet il-flus għal permessi tagħhom. Ix-xhud qalet li hija qalet bejna u bejn ruħha, ‘melta l-housing joħroġ skemi biex jibnilek id-dar?   Ix-xhud qalet li kien fil-5 ta’ Mejju 2021 li għaddiet lill-akkużata €6,000 bħala l-ewwel pagament. Wara €3,000 oħra fuq il-garaxx u dawn dejjem deposit. Qalet li fuq it-tranżizzjonijiet għandha l-provi kollha għax żammet kollox fuq  il-mobile u fuq CD u li dawn ippreżentathom fil-Qorti.

Dwar Luca, “t-tifel taħ ħu l-akkużata” ix-xhud qalet li qatt ma ltaqgħet miegħu. Qalet ukoll li hi qatt ma ħadet flus lura mingħand Gatt u lanqas bintha qatt ma tagħta flus ta’ dak li kienet ħallsitha. Qalet li fl-10 ta’ Mejju li għadda reġgħu marru għal flus lur a u ftit ġranet wara rċevew telefonata mingħand l-IspetturFriggieri biex immorru l-FIAU, minħabba xi propjetajiet bi frodi.

L-Ispettur qalilha li xtaq ikellimha fuq Sarha Anne Gat u jekk ħallistiex xi flus fuq xi propjetà u hi rrispondiet fil-pożittiv. Hijq qalet ukoll li ċemplet il-housing authority fuq ismijiet li kienet tagħta l-akkużata li qatilha li tafhom u li dawn kienu qegħdin jgħinuha. Ir-rispota li ngħata kienet li ma hemm l-ebda persuna jaħdmu hemm b’dan l-isem. L-ismijiet kienu Mr. T.  Farrugua, Miss Anne Falzon, Miss. G. Sammut, Miss A. Zerafa u Mrs. Nadine Camilleri.  

€3,500 biex ma tikkommettix suwiċidju

L-Avukat ta’ Gatt Marion Camilleri għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Gatt, bl-Avukat Ġenerali joġġezzjona bil-qawwa kollha fejn qal li baqa’ numru  sostanzjali ta’ xhieda pjażana, li qegħdin jikbru kuljum u li dawn huma allegati vittmi.

Ix-xhud qalet li fil-11 Frar li għadda  Gatt ċemplitilja u qaliltilha li kellha bżonn €3,500, għax tant kellha problemi li se tikkometti suwiċidju. Hija qalet li tħassritha, u qaltilha biex tiftaħ qalbha magħha u anke tagħta l-imsemmija somma,.    Tenna wkoll li fis-seduta li jmiss se ssir korrezzjoni fl-akkużi b’dawk vittma issa huma aktar minn  27 persuni,. Ingħad ukoll li raġuni oħra li mgħandhiex tielu l-ħelsien mill-arrest huwa l-karattru raffrettarju tagħha, b’kondotta kkulurita bż’każijiet oħra relatati ma’ frodi,

L-Avukat Marion Camilleri qalet li bħal f’kull ka’ ieħor sakemm tiġi sentenzjata, l-impuatat żgur li għadha preżunta nnoċenti. Tenniet li temmen, li għandu jkun hemm dawk il-kundizzjonijiet imposti fuqha biex ma tkellimx jew tavviċina lix-xhieda. Dan huwa każ li jmur lura sew, u li kieku kellun jseħħ xi intraċċ, kieku seħħ żmien ilu.

Camilleri qalet li alla ħares tinżamm arrestata meta jinstemgħu x-xhieda kollha, għax tkun qed tiġi preġuidkatr l-innoċċenza tagħha. Qalet li temmen li tingħata, kundizzjonijiet iebsa. Qalet ukoll li l-allegati vittmi kollha ġew mitkellema mill-Pulizija, li għandha ċertu tip ta’ kontroll. Dan  huwa każ’ ta’ bla inkjesta, fejn li kieku saret kienu jiġu preservati l-provi, għalhekk m’għndhiex tbati hi.

Il-Qorti wara li semgħet is-sottomisjonijiet tal-partijiet ċaħdet it-talba minħabba in-natura tal-każ u peress li hemm diversi xhieda pajżana li għad iridu jixhdu u li wara ki rat il-kondotta rriżulta l-karattur tagħha mhuw wieġed affidabbli.  Ingħatat ukoll il-prima facie fil-konfront ta’ Gatt biex din titqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Il-kawża tkompli fil-5 ta’ Lulju fid-9am.