Futbol Sport

Haley Bugeja fost l-aqwa players ta’ taħt il-21 sena fid-dinja

Il-ġurnal awtorevoli u internazzjonali ESPN poġġa lill-attakkanta internazzjonali Maltija Haley Bugeja fil-15-il post ta’ klassifika tal-aqwa plejer ta’ taħt il-21 sena mill-futbol tan-nisa.

Il-lista’ ta’ 21 plejer, li fiha wkoll lil Haley Bugeja, tinkludi fost l-aqwa plejers nisa minn madwar id-dinja, fosthom uġud li spikkaw fil-UEFA Women’s Champions League.

Fl-artiklu ta’ ESPN jingħad kif Haley kienet akkwistata minn U.S. Sassuolo meta kellha biss 16-il sena u skurjat 12-il gowl fl-ewwel staġun tagħha barra minn pajjiżna u fis-Serie A.

Sfortunatament, ir-ranking ta’ Haley kien affettwat minn injury twila li tellfitha parti sew mit-tieni staġun tagħha fl-Italja, iżda xorta waħda kien rimarkat kif Haley Bugeja kellha sehem importanti anke għal prestazzjonijiet mill-aqwa tat-tim nazzjonali Malti.