L-24 ta’Mejju, fakkar it-tliet xhur minn meta l-armata Russa bdiet l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna. Kif kulħadd illum jaf, ħalliet miljuni ta’ nies milquta kemm Ukreni kif ukoll ta’ nazzjonalitajiet oħra bhala Refugjati.
Iktar fuq min 5 miljun Ukren ħarab mill-pajjiż bil-maġġoranza jsibu kenn fil-Polonja. Fost il-voluntiera u għaqdiet jistennew biex jgħinu lil dawn ir-refuġjati kien hemm Malti li flimkien ma’ sħabu mill-Fundacja Zmieniany Zycie taw kontribut enormi lil dawn il-persuni li qed jaħarbu mill-attaki Russi.
Net News tkellem ma’ Marc Edward Pace Portanier li f’din il-ġurnata fakkar it-tliet xhur min meta kollox inbidel u ħallew kollox warajna u marru jgħinu. Fuq il-profil tiegħu qasam li kienu minn tal-ewwel li telgħu l-Polonja u saqu lejn il-frutniera mal-Ukraina biex jassistu b’mod loġistiku u umanitarju. Kompla jgħid li minn karozza tal-kiri waħda, l-attività kibret ta’ bla ħsieb fejn għal tliet xhur sħaħ daħlu fi ‘crisis mode’ fejn bdew jaraw kif l-aħjar jistgħu jgħinu.

Marc spjega li peress li hu midħla sew tar-reġjun u tajjeb fil-loġistika tal-ivvjaġġar bdew jaraw kif l-aħjar jassistu lil min irid imur. Jgħidilna li meta ħħabib tiegħu saqsih għalll-għajnuna, kienet risposta faċli u minn dakinhar, fl-ewwel 3 ġimgħat tal-kunflitt, ġabru 1,500 ruħ mill-fruntiera u ħaduhom lejn l-ibliet il-kbar bħal Lublin, Warsawja u saħansitra Wroclaw kif ukoll permess ta’ għaqdiet oħra bħal Liliowa u offrew kenn temporanju, shower u ikla sħuna lil eluf aktar.

Jispjegalna ukoll li huma mill-ewwel bdew idaħħlu l-għajnuna l-Ukraina, permezz ta’ xarabanks li kienu qed iwasslu mediċini, ikel u għajnuna oħra u joħorġu n-nies minn Lviv huma u ġejjin lura. Jgħidilna li sal-lum, provdew għajnuna lil 150 Ukren biex joħroġ mill-pajjiż, u waslu numru kbir ta’ tunellati ta’ għajnuna umaniarja kemm f’Lviv kif ukoll fi Kiev.
Lil Marc saqsejnih ħasx element ta’ biża’ meta daħal l-Ukrajna, fejn wieġeb li ‘’l-element ta’ riskju dejjem ikun hemm. Aħna u deħlin minn Lviv smajna b’żewġ konvojs umanitarji viċin ta’ fejn konna se li ġew milquta minn drones u heavy artillery, però meta tkun fil-ħaġa tgħid li vi jew va u aħna ma morniex vaganza. Aħna u nsuqu rajna lill-Ukreni jippreparaw pożizzjonijiet ta’ difiża fejn jaf ikun hemm offensiva militari fil-ġimgħat li ġejjin. Soqna fl-imwarrab fejn tkun waħdek f’nofs l-għelieqi bis-sinjali li hemm il-munizjon imminat fl-art’’.

Jispjega s-sens ta’ sodisfazzjon li ħassew meta waslu f’villaġġ żgħir biex iħottu 8 pallets mimlija mediċini u tagħmir għal ‘field clinics’ u 4 generators, ‘wara tmintax-il siegħa sewqan kontinwu minn Lviv.
Marc irringrazzja lill-voluntiera kollha fosthom Maltin oħra li telgħu l-Polonja jgħinu, lil dawk kollha li għenuhom jiġbru l-fondi, lill-kumpaniji li għenuhom kemm loġistikament kif ukoll finanzjarjament, kif ukoll lill-familjari tal-voluntiera għaliex ma kinitx faċli li litteralment imorru għall-gwerra.
Min irid jagħti għajnuna lill-poplu Ukren jista’ jagħmel dan billi jidħol f’din il-link – https://www.gofundme.com/f/acnh3d-helping-ukrainian-refugees
//= $special ?>