Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Aktar proċessi għal reati tal-gwerra

KYIV, UKRAINE - MARCH 08: Firefighters try to extinguish a fire after a chemical warehouse was hit by Russian shelling on the eastern frontline near Kalynivka village on March 08, 2022, in Kyiv, Ukraine. Russia continues assault on Ukraine's major cities, including the capital Kyiv, after launching a large-scale invasion of the country on February 24. (Photo by Chris McGrath/Getty Images)

Żewġ suldati Russi li nqabdu mill-Ukreni ammettew li huma ħatja dwar reati tal-gwerra waqt tieni proċess tal-qorti fuq dan il-livell fl-Ukrajna.

Alexander Bobikin u Alexander Ivanov, it-tnejn membri ta’ taqsima tal-artillerija Russa, huma akkużati li kisru r-regoli tal-gwerra wara li bumbardjaw ir-residenti ċivili f’Derhachi u fejn, fost oħrajn, qerdu istituzzjoni edukattiva fl-inħawi.

Il-prosekuturi jridu jimponu sentenzi ta’  12-il sena ħabs liż-żewġ imputati u l-verdett finali mistenni jingħata l-ġimgħa d-dieħla.