Internazzjonali

Il-qawwiet Russi jattakkaw 40 villaġġ fid-Donbas

Kumpaniji bħal Starbucks, Coca Cola, Levi's u Apple diġa' telqu mir-Russja

Fl-aħħar sigħat komplew jintensifikaw l-attakki waqt li mhi taqta’ xejn il-gwerra fl-Ukrajna, illi qed tħalli dejjem aktar vittmi innoċenti.

Rapporti qed jindikaw li l-armata Russa attakkat mal-40 villaġġ Ukren fir-reġjun tad-Donbas, fejn il-Kremlin irid isaħħaħ il-preżenza tiegħu. Jidher li f’dawn l-aħħar attakki inqatlu 5 persuni ċivili filwaqt li 12 sfaw feruti.

Mill-aspett ekonomiku, l-gwerra fuq l-Ukrajna qed taħħli effetti devastanti għar-Russja – b’numru ta’ kumpaniji internazzjonali jagħżlu li jaqbdu u jitilqu mill-pajjiż. Huwa propju għalhekk li l-Gvern ta’ Putin se jkun qed idaħħal liġi iebsa li tagħmilha ferm aktar diffiċli li kumpanija taqbad u tħalli l-pajjiż; sakemm ma jkunx hemm riperkussjonijiet finanzjarji kbar.