“L-Ewropa trid tħares id-drittijiet taċ-ċittadini kollha – Jekk nonqsu milli nagħtu liċ-ċittadin id-dritt tiegħu allura l-Ewropa tkun qed tfalli.” – Hekk saħaq il-Kanditat tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius f’kummenti lil Net News meta kien qed jispjega fid-dettall petizzjoni li hu daħħal f’isem persuna Maltija, li qed jinkisrulha d-drittijiet tagħha fi Franza.
Peter Agius spjega kif l-Unjoni Ewropea ħolqot sistema għar-rikonoxximent tas-sentenzi madwar l-istati membri kollha fej f’ħafna każijiet, din is-sistema tipprovdi soluzzjonijiet imma li iżda qed tfalli fil-każ li jikkonċerna omm Maltija ta’ żewġt itfal li fl-2009 għaddiet minn proċeduri ta’ separazzjoni mar-raġel u ġiet fdata bil-kustodja tat-tfal. Il-kwistjoni kollha ddur mal-ħlas tal-manteniment li għandu s-saħħa sħiħa tal-liġi f’Malta imma qatt ma ġie esegwit u allura mħallas fi Franza.
Dan il-każ, permezz tal-petizzjoni li ressaq Peter Agius, se jkun diskuss quddiem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>