Internazzjonali

Miet l-attur Ray Liotta…il-protagonista fil-film ċelebri ‘Goodfellas’

L-attur ċelebri Ray Liotta — li kulħadd jiftakru fil-karattru ta’ Henry Hill fil-film ‘Goodfellas’ li jitratta tema mafjuża — miet f’daqqa fir-Repubblika Dominikana, fl-età ta’ 67 sena.

Qed jingħad li Liotta ‘raqad u ma qamx’ waqt li kien qed jaħdem fil-film ġdid bl-isem Dangerous Waters, bl-aħbar tixxokkja bil-kbir lill-fans numerużi tal-attur, flimkien mal-akbar ismijiet ta’ Hollywood, fosthom Robert De Niro li ħadem miegħu f”Goodfellas’

L-ewwel indikazzjonijiet mill-awtoritajiet huma li ‘mhemm xejn suspettuż’ fil-mewt ta’ Liotta ( l-ewwel wieħed mix-xellug f’dan il-poster ta’ ‘Goodfellas’) li fl-aħħar snin kellu parti fil-films The Many Saints of Newark, Marriage Story u No Sudden Move.