Lokali

Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fil-Mosta

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:30hrs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kymco Agility, misjuq minn mara mill-Awstrija ta’ 26 sena u VW Golf, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħad Dingli.

Il-mara u passiġġier li kien hemm fuq l-mutur, raġel ta’ 31 sena, ukoll mill-Awstrija, ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.

Is-sewwieq tal-karozza ma weġġax.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.