Lokali Qorti

Xogħol bla pjan fil-Mosta kisser ’boutique hotel’ – Soluzzjoni tas-Sindku “għalaq”

Is-Sindlku ġdid tal-Mosta, il-Perit Chris Grech għandu soluzzjoni għal boutique hotel li qed tbati l-konsegwenzi minħabba xogħol ta’ kafkaf li qed isiru fi Triq il-Kbira. “Aħjar Tagħlaq”. Din kienet ir-risposta tas-Sindku meta s-sid mar jilmenta. Ix-xogħlijiet li ħallew u qed iħallu ħerba u li kawża ta’ dan kollu l-lukanda qed titlef flus kbar u qed issoffri danni li jistgħu jkunu rreparabbli. Ħsara ma kullimkien u ħafna mill-flus investiti minn koppja fil-qasam turistiku taru mar-riħ.

Koppja li nvestew flus kbar meta f’Settembru tal-2019 bdew joperaw boutique hotel fil-Mosta għaddejjin minn martirju u qed isofru danni kbar grazzi għal xogħol bla pjan, negliġenti meta t-triq fejn qed jiġġestixxu n-negozju, nqalgħet għal darba darbtejn.

Daqqa oħra għal lukanda kienet il-fatt li l-water calverts waqt ix-xogħolijiet tħallew magħluqa biex id-diżastru kompla skala, bil-parti t’isfel gtal-fond jispiċċa mgħarraq. Ħafna għalhekk iddeċidew li jikkanċellaq il-bookings u anke jibdlu l-lukanda.

Is-sidien qed jgħidu li qed jitilfu ħafna flus fejn barranin mill-Istati Uniti u Israel li ġew Malta biex fil-boutique hotel jagħtu lectures, kellhom iħassruhom għad-dannu tagħhom u tan-negozju, biex grazzi għal din l-irresponsabbilità, r-reputazzjoni tal-lukandi qala’ daqqa kbira.

Il-koppja Chris u Carmen Spiteri Cremona ippreżentaw protest ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra Infrastructure Malta, Transport Malta, l-Kunsill Lokali Mosta u Carmel Vella Ltd. Is-sidien qed iwissu lill-awtroritajiet biex jinfurmawhom bid-data ta’ meta x-xogħolijiet se jiġu konklużi u jersuq għal likwidazzjoni ta’ danni li sofrew u għadhom qegdin isofru.

Huma qed jikkontendu li fl-aħħar xhur fi Triq il-Kbira, l-Mosta, fejn tinsab il-lukanda, t-riq inqalgħet mil-qiegħ litteralment darbtejn b’xogħolijiet infrastrutturali li saru b’negliġenza grossolana u għalhekk ippermettew bi imprudenza kbira, danni  li jikkonsistu f’dawk materjali u telf kbir ta’ negozju, klijentela u reputazzjoni.

Il-koppja qalet li huma l-propjetarji ta’ boutique hotel bl-isem ‘Julina Boutique Living’ li tinsab fi Triq il-Kbira, l-Mosta, liema lukanda tinsab registrata ma’ l-Awtorita ghat-Turizmu.

Qalu li huma joperaw u jamministraw b’mod full-time din il-boutique hotel u li investew mhux biss ġidhom sabiex xtraw il-binja, mhux biss nefqu ġidhom sabiex lestew l-intern għal livell superjuri sabiex jattiraw klijentela ta’ kwalità inkluż mil-Istati Uniti, Lvant Nofsani u l-Ewropa, iżda taw saħħithom ta’ kuljum sabiex jagħtu l-aqwa servizz possibbli lil klijenti tagħhom tant li akkwistaw reputazzjoni ta’ eccellenza f’rivisti internazzjonali (bhal Tripadvisor).

Tennew ukoll li sa ftit ilu kellhom hafna repeat guests li jiddeċiedu li jerġgħu jirrisjedu fl-istess lukanda meta jigu Malta. Saħqu li mhux talli ma ingħatawx widen kull meta lmentaw fl-aħħar ġimghat dwar ix-xogħolijiet infrasstrutturali li qegħdin isiru mingħajr pjan u bla tmiem, iżda talli gew redikolati.

Is-sidien saħqu wkoll li qed ikollhom jirrikorru ghal dan il-protest għaliex jinsabu f’sitwazzjoni ta’ disprament frott in-nuqqas ta’ ippjanar minn naħa ta’ dawk responsabbli li qalgħu darbtejn l-parti tat-triq fejn tinsab l-lukanda u kkaġunaw u ħolqu ħsejjes u storbju lil hinn minn dak permess mil-Ligi.

Dan minħabba l-inġenji sa minn kmieni filgħodu qegħdin iqajjmu l-klijentela tal-boutique hotel li mingħalhom ġew Malta ghal mistrieħ u li wassal sabiex lecturers barranin ħassru lectures li kellhom jagħtu lil studenti tagħhom fl-Istati Uniti u l-Israel bil-konswegwenza li dawn il-lecturers ħassru l-kumplament taż-żjara tagħhom f’Malta.

Ilpkoppja qalet li sofrew danni wkoll minħabba l-ilma tax-xita u tajn li spiċċa daħal ħewwa l-binja tal-kukanda u għarraq l-intern l’ghaliex il-water culverts tat-triq tħallew magħluqa flok infetħu waqt ix-xogħolijiet.

Ingħad ukoll li l-ħitan tal-boutique hotel għadhom imxarrba u ma jistgħux jinxfu minn dawn l-ilmijiet li għerrqu l-parti ta’ isfel tal-boutique hotel. Ill-bibien ta’ barra tal-boutique hotel li ġew installati ftit xhur ilu biss u li flimkien ma-faċċata ta’ barra, ħa jkollhom jerġgħu jinżebghu mil-ġdid minħabba l-ħsara li x-xogħlijiet ikkaġunaw u li kerrħu d-dehera tal-boutique hotel.

Il-protest jgħid ukoll li  numru sostanzjali ta’ klijenti li kkanżellaw iż–żjara tagħhom appena saru jafu bil-ħerba li hemm quddiem u madwar il-boutique hotel tort tart-traskuraġni, neġligenza u non-osservanza tar-regolamenti u liħijiet minn naħa tal-awtorijiet.

Numru sostanzjali ta’ klijenti u residenti tal-boutique hotel li ma felħux ghal istorbju minn kmieni filgħodu u t-trabijiet u l-ħmieħ u l-ħerba u ddeċidew li jbiddlu lukanda wara purnata biss li waslu. Sadanittant numru ta’ kmamar tal-boutique hotel qed jitħallew magħluqa u ma jistgħux jintużaw peress li jinsabu eżatt biswit l-istorbju eċċessiv, il-martellament tal-inġenji, apparti l-għajjat, dagħa u kliem ħażin u twerżiq tal-ħaddiema li ilhom xhur sabiex ilestu dawn ix-xogħlijiet.

Is-Sindku tal-Mosta b’soluzzjoni

Dawn il-kmamar magħluqa qed ifissru mijiet ta’ ewro f’telf ta’ dhul ta’ kuljum, minbarra ħsara irriparabbli fir-reputazzjoni. Il-koppja qalet ukoll li tant kemm il-Kunsill Lokali tal-Mosta ma tax widen għas-sitwazzjoni tal-koppja, li b’turija t’ arroganza u irresponsabbilita grossolana fl-24 ta’ Mejju 2022, is-sindku personalment qal lil Chris Spiteri Cremona meta dan mar jilmenta miegħu ghal darb’oħra fuq l-impatt tax-xogħolijiet bla tmiem fuq in-negozju tieghu ‘iġġibx nies jistudjaw hawn’ u meta s-sid qallu li kien qed jimpattalu ħażin għar-rating tal-lukanda, s-Sindku wiegbu ‘mela jaqbillek tagħlaq għalissa’

Dan kollu jgħid il-protest qed ifisser spejjeż ta’ eluf ta’ ewro li l-koppja kellha u qed tħallsu lil klijenti taghhom biex dawn ikunu rikolati f’lukandi fil-viċinanzi skond kif mifthiem ma’ aġenziji internazzjonali li magħhom ikunu għamlu l-booking r-residenti u klijenti tagħhom li f’ħafna minn dawn il-każijiet kien ta’ iktar minn 50% tal-prezz imħallas u jkollhom ikunu rilokati f’lukanda ta’ livell ta’ ħames stilel. Il-protest ġie ffirmat mill-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta.