Il-PN jemmen fis-sħiħ fl-inizjattivi taż-żgħażagħ Maltin li eventwalment se jifjorixxu fid-dinja tax-xogħol.
Il-Ħamis waranofsinhar żewġ gruppi ta’ żgħażagħ li kienu rebbieħa ta’ awards organizzati mill-Fondazzjoni JAYE kellhom laqgħa ma’ numru ta’ Deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-bini tal-Parlament.
Dawn l-imprendituri promettenti Maltin dalwaqt se jikkompetu fil-kompetizzjonijiet rinomati Ewropej wara r-rebħiet tagħhom fil-Finali ta’ JAYE Malta.
Dan hekk kif ftit tal-jiem ilu saret il-Finali Nazzjonali ta’ JAYE Malta… li ta’ kull sena ttittella’ fix-xahar ta’ Mejju. Għal din il-finali timijiet ta’ studenti ppreżentaw xogħolhom quddiem bordijiet indipendenti ta’ esperti sabiex jikkompetu għal postijiet f’kompetizzjonijiet fuq skala akbar fuq livell Ewropew.
Il-Premju ta’ Start Up of the year mar għand Palstopex filwaqt li l-premju għall-kumpanija tas-sena ntrebaħ minn Easy Beads.
Il-missjoni ta’ Easy Beads kienet li jitqajjem għarfien dwar l-istress u l-problemi ta’ ansjeta li jgħaddu minnhom diversi persuni. Il-pjan tagħhom huwa li joħolqu ċpiepet attraenti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li jgħinu sabiex jitnaqqas l-istress.
Min-naħa tagħhom Palstopex qed jaħdmu sabiex ikun hemm mod sostenibbli kif ikun użat materjal riċiklat sabiex jinħolqu prodotti uniċi li mhux biss ikunu ta’ benefiċċju għall-klijent iżda wkoll li jgħinu lill-ambjent. Il-prodotti tagħhom jagħtu lill-klijenti għażla aktar nadifa, kif ukoll għażla ambjentalment aktar sikura għall-bżonnijiet tal-istampar tagħhom peress li l-materjal se jiġi riċiklat minn fliexken tal-plastik, tazzi, u plastik ieħor li jintuża darba u li ma jistax jiġi eliminat.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm id-Deputati Nazzjonalisti Robert Cutajar, Janice Chetcuti, Eve Borg Bonello, Ivan Castillo u Justin Schembri.
//= $special ?>