Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn xarabank

Filippina ta’ 25 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 meta l-l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-Filippina residenti tal-Pietà ntlaqtet minn xarabank tat-tip Otokar Kent, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti l-Ħamrun, li huwa wkoll Filippin.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.