Il-Gvern tal-Labour għadu mingħajr soluzzjoni dwar il-kriżi tal-għoli tal-ħajja li qed tifni lill-familji Maltin u Għawdxin, u bil-prezzijiet jiżdiedu ġimgħa wara l-oħra.
Bosta persuni li ta’ kuljum jitkellmu ma’ Net News saħqu li ma jistgħux ilaħqu mal-ħajja li dejjem qed togħla biż-żieda fil-prezzijiet illi tidher li s’issa ma tafx limitu.
Fl-aħħar ġimgħat, Caritas Malta ppubblikaw stħarriġ…imwettaq qabel ma faqqgħet il-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa…u li wera kif xirja ta’ affarijiet bażiċi għall-familja żdiedet b’€100 fix-xahar .
Madanakollu, il-Kabinett ta’ Robert Abela, jidher li hawnhekk jinsab dahru mal-ħajt.
Dan l-istazzjon staqsa lil Ministru għad-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli x’inhu jagħmel il-Gvern sabiex jissalvagwardja but il-poplu quddiem din il-kriżi…bil-Ministru isserhilna rasna li anke hi taghmel ix-xirja.
Minkejja dan, ċertament li familja medja ma tistax tikkonsla biss bis-sempliċi fatt li tkun konsapevoli li tal-inqas barra minn Malta l-prezzijiet qed jgħolew aktar. Dan hekk kif sfortunatament, il-pagi f’Malta u Għawdex mhux qed jgħolew anzi baqgħu l-istess u għaldaqstant ifisser li l-ħaddiem irid jagħmel aktar sigħat ‘il bogħod mill-familja tiegħu biex iġib sold żejjed ..bil-għan li jgħix komdu.
Mistoqsija proprju dwar dan, Julia Farrugia Portelli insistiet li l-Gvern diġà għamel ħafna – fosthom l-għotja tal-€100 ċekk; flus li diga’ taru mal-ewwel xahar tas-sena.
Fil-fatt, bosta esperti ekonomici saħqu li dan ma jsolvi l-ebda problema ta’ inflazzjoni li qed tifni mhux biss lill-konsumatur…iżda ankè lin-negozji. L-istess negozji li sfortunatament ilhom iħabbtu wiċċhom ma’ skoll wara l-ieħor għal dawn l-aħħar sentejn u nofs.
//= $special ?>

