Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, għamilha ċara li l-Ukrajna ‘ma tinsabx ħerqana’ li tidħol f’negozjati għall-paċi mar-rappreżentanti ta’ Putin, għalkemm, fl-istess waqt, ammetta li t-taħditiet ma’ Moska x’aktarx li jridu jsiru aktar ‘il quddiem.
Min-naħa tagħha, ir-Russja qed twaħħal fl-Ukrajna għall-istaġnar fin-negozjati – bil-kelliema għall-Kremlin, Dmitry Peskov, isostni li ‘it-tmexxija fi Kiev ma tidhirx li taf xi trid’.
Peskov, sadanittant, akkuża lit-Tmexxija Ukrena dwar ‘stqarrijiet kontradittorji’ li, skont hu, qegħdin itellfu l-proċess tan-negozjati.
//= $special ?>