APS Bank plc nediet Offerta Pubblika Inizjali (IPO) ta’ 100,000,000 ishma ġodda, soġġetti għal għażla ta’ allokazzjoni żejda ta’ 10,000,000 ishma ġodda addizzjonali, bi prezz ta’ €0.62 għal kull ishma. L-ishma kollha attwali u ġodda se jiġu elenkati fil-Lista Uffiċjali tal-Borża ta’ Malta.
Il-Perjodu tal-Offerta se jkun miftuħ bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022, sakemm ma jingħalaqx qabel kif jista’ jitħabbar mill-Bank. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu mill-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju fil-fergħat kollha tal-APS Bank jew fl-Intermedjarji Finanzjarji Awtorizzati elenkati fil-Prospett li jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-Bank apsbank.com.mt/ipo.
Marcel Cassar, il-Kap Eżekuttiv tal-APS Bank, ikkummenta: “Sa mill-bidu tiegħu aktar minn seklu ilu, l-APS Bank sar istituzzjoni finanzjarja ewlenija fil-Gżejjer Maltin”
Biex ikun jaf aktar dwar l-Offerta ta’ Ishma jekk jogħġbok żur apsbank.com.mt/ipo. Tista’ wkoll tintbaghat email fuq ipo@apsbank.com.mt, iżżur waħda mill-fergħat tagħna jew iċċempel liċ-Ċentru ta’ Kuntatt tagħna fuq (+356) 2122 6644, mit-Tnejn sal-Ħadd, mit-8am sat-8pm.
//= $special ?>