Lokali Qorti

L-ebda pleġġ għal tliet irġiel akkużati bi traffikar ta’ persuni u li ġiegħlu nisa fil-prostituzzjoni

Tliet irġiel tressqu l-Qorti wara investigazzjoni tal-pulizija dwar it-traffikar u prostituzzjoni sfurzata ta’ żewġ nisa mill-Amerika t’Isfel. Roque Borg ta’ 51 sena, Maniġer ta’ lukanda minn San Pawl il-Baħar, Sylvan Pace ta’ 48 mill-Għarb, li huwa xufier tat-taxi u Jorge Emilio Herrera Mendez, li jaħdem bħala attendent f’lukanda tressqu quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, akkużati b’diversi reati, inqas,

Dan inqas minn ġimgħatejn wara li ż-żewġ nisa nkwistjoni kienu rċevew sentenzi sospiżi talli pparteċipaw fil-prostituzzjoni. Borg u Pace ġew mixlija li iżolaw u heddew dibersi drabi lin-nisa, kif ukoll li għexu mid-dħul mill-prositituzzjoni.

Borg waħdu ġie mixli bi traffikar u li sfurzarhom għall-prostituzzjoni, kif ukoll li stupra lil waħda mill-vittmi. Kontrih kien hemm ukoll akkuża addizzjonali ta’ pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja. Pace ġie mixli wkoll li xjentement għen lil Borg fit-traffikar tal-persuni. Min-naħa tiegħu, Mendez ġie mixli li instiga r-reat, li ffroda waħda mill-vittmi u reati dwar l-immigrazzjoni.

In-nisa inkwistjoni, waħda mill-Venezwela u l-oħra mill-Kolombja, kienu rċevew sentenzi sospiżi u multa ta’ €50, flimkien ma’ ordni ta’ deportazzjoni wara li ammettew l-akkużi kontrihom waqt l-arrest tagħhom. Il-każ tagħhom kien wasal għall-attenzjoni tal-pulizija wara li persuni fil-qrib raw waħda min-nisa marida waqt li kienet fis-sakra f’post pubbliku, u għalhekk talbu għall-għajnuna.

Meta l-pulizija saqu lill-mara sad-dar kienu ndunaw li l-appartament li kienet toqgħod fih kien qed jintuża bħala burdell u wettqu l-arresti. Waqt li sar l-allegati fil-konfront tad-detenturi tal-burdell nhar il-Ġimgħa, l-Ispettur tal-prosekuzzjoni Joseph Busuttil spjega li l-pulizija kienet tkellem maż-żewġ nisa f’diversi okkażjonijiet, iżda kien biss wara li ngħataw is-sentenza li infurmaw lill-avukat tagħhom li kienu ġew traffikati.

L-avukat kien immedjatament avża lill-pulizija, tenna Busuttil. Il-pulizija mbagħad reġgħu staqsew lin-nisa, u kienu spjegaw li kienu beżgħu jgħidu lill-pulizija qabel “għax ħasbu li l-pulizija ta’ Malta kienu bħall-pulizija f’pajjiżhom.”. Il-vittmi qalu li se kienu sfurzati jaħdmu mid-9am sal-10pm kuljum.

Iż-żewġ nisa kellhom mobile kull wieħed, li kienu qed jinżammu minn Borg u Pace. Huma qalu lill-pulizija li meta klijent iċempel in-numru tat-telefon tagħhom, l-irġiel kienu jkunu preżenti biex jiżguraw li l-flus kollha li jkunu ħadu jingħataw lilhom, kif ukoll biex jipproteġu lill-prostituti kif meħtieġ.

Il-klijenti kienu jħallsu bejn €60 u €120 għas-servizzi tagħhom, skont it-tul tal-booking, u n-nisa kienu jżommu nofs il-flus, qal l-Ispettur. “Kien hemm ‘menu’ online fejn il-klijenti kienu jagħżlu s-servizzi li riedu. L-akkużati imbagħad jinformaw lin-nisa liema servizzi jkunu meħtieġa minnhom.”

Mendez kien introduċa lin-nisa mal-akkużati l-oħra, qal l-ispettur, u żied li n-nisa qalu lill-pulizija kif pistola, rkuprata mill-pulizija u li nstabet li ma kinitx liċenzjata – kienet titqiegħed fuq il-mejda minn wieħed mill-akkużati meta jsir xi negozju fuq materji li kienu qed jiġu diskussi magħhom.

Taħt kontro-eżami mill-avukat ta’ Borg Franco Debono, l-ispettur spjega li n-nisa ma kinux ġew deportati, iżda kienu se jibqgħu Malta taħt il-protezzjoni tal-pulizija, sakemm jixhdu, peress li qed jiġu ttrattati bħala vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin.

L-allegati vittmi ma ġewx imħarrka biex jixhdu l-Ġimgħa, sabiex jiġu evitati akkużi ta’ forum shopping, qal l-ispettur. Debono insistita li n-nisa kellhom jiġu mħarrka biex jixhdu l-Ġimgħa stess. Meta kien qed iwieġeb mistoqsija ta’ Debono, l-ispettur ikkonferma li Borg kien tkellem mal-pulizija, iżda żied li “pprova jaħrab milli jagħti xi tweġibiet inkriminanti.”

Wara li l-arrest ġie ddikjarat validu, id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest. Debono ddetta wkoll nota, fejn talab li x-xhieda ċivili kollha jitressqu jixhdu ll-Ġimgħa stess. Is-sistema dwar l-oġġezzjoni għall-ħelsien mill-arrest minħabba xhieda li għad iridu jixhdu trid tiġi solvuta, qal l-Avukat Debono, li żied li fl-esperjenza tiegħu, f’każijiet li kienu jinvolvu turisti li kellhom jitilqu dalwaqt, jitħallew jixhdu waqt il-proċess.

“Sabiex nevitaw il-forum shopping issa għandna kategorija ta’ nies li jispiċċaw iqattgħu ġimgħat il-ħabs għax ix-xhieda ma kinux xehdu waqt it-tressiq tagħhom,” sostna l-avukat. Filwaqt li nnota li prosekutur tal-AĠ kien qed jipparteċipa wkoll fit-tressiq, u li kien irrakkomanda l-adozzjoni ta’ din il-prattika, Debono qabad kontra l-konvenzjoni li ilha li kienet ilha li ma jitħarrkux xhieda waqt l-akkużi, u qal li kienet inġusta.

L-Avukat Martin Fenech, li deher għal Pace u Mendez, żied li l-libertà proviżorja qed tiġi deċiża fuq il-bażi tal-verżjoni ta’ parti waħda biss fil-każ. Dwar it-talba għax-xhieda, l-Ispettur Busuttil spjega li t-taħrika tax-xhieda waqt it-tressiq ta’ xhieda normalment issir biss f’każijiet fejn dak ix-xhud ikun qed jitlaq minn Malta b’mod imminenti.

“Maż-żmien, l-affarijiet jinbidlu, u daqstant liġijiet jinbidlu. Forsi dan imissu jinbidel ukoll,” qal. “Qed nitkellmu dwar vittmi tat-traffikar tal-bnedmin. Taħt l-att tal-vittmi tal-kriminalità, iridu jixhdu permezz ta’ video conferencing,” irrimarka l-ispettur, li offra li jsejjaħ lix-xhieda biex jixhdu aktar waranofsinhar, jekk il-qorti titlob hekk.

Debono insista li l-prattika attwali kienet qed tipproteġi biss l-interessi tal-vittmi. “Imma xi ngħidu dwar l-akkużati?… Nemmen li din is-sistema għandha tinbidel.” Il-Qorti, wara li semgħet is-sottomissjonijiet, ċaħdet it-talba tad-difiża biex jitħarrku xhieda waqt it-tressiq, u qalet li dawn ix-xhieda għandhom jinstemgħu mill-qorti li lilha tkun assenjata l-kawża kif suppost u sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex jippermettu il-vittmi tal-kriminalità biex jixhdu permezz ta’ video conferencing.

Il-Prosekutur Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, oġġezzjonat għat-talba, u sostniet li kien hemm riskju qawwi ta’ tbagħbis tal-provi u li x-xhieda kienu vittmi ta’ traffikar ta’ persuni. “Il-gravità tar-reati hija evidenti anke minn daqqa t’għajn lejn l-akkużi,” żiedet tgħid.

Fuq Mendes, qalet, kien hemm ukoll riskju qawwi li jaħrab. “Din il-persuna m’għandha l-ebda dokument. L-unika ħaġa li stajna nsibu kienet ‘screenshot’ [ta’ dokument ta’ identifikazzjoni] fuq il-mobile tiegħu. Daħal Malta illegalment.” L-Ispettur Busuttil żied jgħid li minbarra li m’għandu l-ebda indirizz, Pace kien f’nofs problemi finanzjarji u żied li d-dar u l-karozza tiegħu kienu diġà ttieħdu lura.

“Hu kien qed jorganizza kollox prattikament u jinsab akkużat ukoll bl-istupru ta’ waħda mill-vittmi,” qal l-ispettur. Debono sostna li l-klijent tiegħu kien Malti u ma kellu l-ebda konnessjoni barra minn Malta, b’rekord kriminali fil-biċċa l-kbira nadif.

“L-uniku riskju li smajna bih illum kien it-tbagħbis tal-evidenza. Li kieku x-xhieda kienu mħarrka għas-seduta tal-lum, għalhekk, ma kien ikun hemm l-ebda ostaklu għall-ħelsien mill-arrest.” Kienet id-difiża stess li talbet li jinstemgħu xhieda llum, saħaq l-avukat.

L-Avukat Martin Fenech żied jgħid li l-istaġun turistiku tas-sajf kien qed joqrob u Pace kellu bżonn iżomm in-negozju tal-guesthouses tiegħu. Il-Qorti, wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-pleġġ tal-akkużat, iddeċidiet li ma tagħtix il-libertà proviżorja billi ċċitata n-natura gravi tal-akkużi, kif ukoll il-fatt li l-allegati vittmi kienu għadhom ma xehdux.

Fil-każ ta’ Mendes, il-Qorti żiedet tgħid li ma kellhiex serħan il-moħħ li ma kienx se jipprova jaħrab. Il-Qorti laqgħet talba għal projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-allegati vittmi f’dan il-każ.