Wara sitt gimghat, Amber Heard qed tghid li l-kaz li ghaddej bhalissa fil-Qorti kien umiljazzjoni kbira fil-konfront taghha. Ghaliex fl-ahhar mill-ahhar…anke hi hija bniedma tad-demm u l-laħam.
Waqt li kienet qed tindirizza l-Qorti fl-ahhar jum tat-testimonjanza taghha, l-attirici Amerikana ta’ 36 sena spjegat kif fl-ahhar jiem – wara li xehdet kontra Johnny Depp – irceviet ħafna theddid fuq hajjitha. Amber Heard qalet ukoll illi dan il-process rega’ ghaddiha minn trawma, għaliex għexet mill-ġdid il-mumenti li ddeskriviethom bħala “orribbli”, meta hi kienet miżżewġa lil-Depp.
Dan il-ġuri kellu l-bidu tieghu wara artiklu kontroversjali illi kitbet Heard fl-2018 dwar vjolenza u abbuz fiziku.
Għalkemm Johnny Depp ma kienx issemma b’ismu, hu kien ħassu malafamat…u qed ifittex lil Heard ghal 50 miljun f’danni. L-attur Amerikan dejjem cahad l-akkuzi li saru.
Minn naha taghha, Heard ghamlet kawza ghal 100 miljun f’danni wara intervisti li ta lill-media l-avukat ta’ Depp.
Issa, wara process twil illi fih instemghu diversi xhieda…il-gurati jridu janalizzaw il-verzjonijiet differenti li sabu ma’ wicchom. U l-mumenti xejn sbieh li esperjenzat din il-koppja f’relazzjoni li damet sentejn.
Dan il-każ qajjem kaos sħiħ fid-dinja ta’ Hollywood, biż-żewġ atturi jakkużaw wieħed lill-ieħor illi kienu agressivi fir-relazzjoni. B’ħafna mix-xhieda jispiċċaw imeru dak li qed tallega Amber Heard. Intant, il-gurati se jkunu qed jużaw il-weekend biex jaslu għal verdett. Huma se jkunu qed jiddeċiedu fuq iż-żewġ kawżi imressqa miż-żewġ partijiet.
//= $special ?>