Raġel ta’ 44 sena ttieħed l-Isptar għall-kura wara li l-bowser mimli bid-diesel li kien qed isuq inqaleb fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:30 meta għal raġuni mhux magħrufa il-bowser inqaleb fi Triq il-Moll tal-ħatab bil-konsegwenza li spiċċa fuq tlett karozzi pparkjati.
Fuq il-post issejjaħ tip mediku li ħa lix-xufier l-Isptar Mater Dei għal aktar kura filwaqt li l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili għaddejjin b’ħidmithom biex jitfgħu r-ramel fuq id-diesel li nxtered.
Aktar informazzjoni kif taslilna…
//= $special ?>