Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, instabu 73 każ ġdid ta’ Covid-19, fiequ 122 persuna oħra, b’hekk in-numru ta’ każijiet attivi issa naqas għal 1,452.
Fl-istess perjodu, ħadd ma tilef ħajtu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi huwa ta’ 719.
Intant it-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għall-virus mhux magħruf hekk kif l-Ministeru tas-Saħħa m’għadux jagħti din l-informazzjoni.
//= $special ?>