Lokali

AĠĠORNATA: Imut il-ħaddiem barrani li waqa’ tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira

Ħaddiem miet traġikament wara li waqa’ minn għoli f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq Testaferrata fil-Gżira.

Ir-raġel kien Tork, u kien jgħix Tas-Sliema.

AKTAR KMIENI ILBIERAĦ

Il-każ tal-Ġimgħa seħħ għall-ħabta tas-6pm, bl-operazzjoni biex ir-raġel jittella’ kienet waħda delikata, tant li ħadet aktar minn siegħa. Madankollu, f’dan il-ħin, hu ngħata l-ewwel kura medika fis-sit sakemm ittella’ fit-triq.

Fil-fatt, minbarra l-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fil-post waslet Ambulanza b’diversi boroż tad-demm, b’sorsi li tkellmu ma’ NET News qalu li dawn jindikaw il-gravità tal-kundizzjoni ta’ saħħet il-ħaddiem.

Appena ttella’ fit-triq, ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, bil-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.