L-attakki fuq kull individwu huma ħżiena – l-attakki fuq persuni bl-awtiżmu juru kemm fir-realtà jeħtieġ aktar edukazzjoni, u li dan huwa kruċjali biex titrażżan il-mibgħeda u ma jibqgħux isiru dawn l-attakki.
Dan kien il-qofol tal-messaġġ fi stqarrija mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu … illi ikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet li saru fuq il-midja soċjali dan l-aħħar, fejn tfal fuq il-firxa wiesgħa tal-awtiżmu ġew deskritti bħala “perikolużi”.
Il-Kunsill tal-Awtiżmu qal li dikjarazzjonijiet bħal dawn mhux biss iweġġgħu, iżda huma wkoll abbużivi u insolenti.
L-istqarrija fissret kif dan il-Kunsill jemmen li l-protezzjonijiet legali għandhom jintużaw, biex jiġi żgurat li kull persuna tista’ tħossha sigura minn attakki diretti u minn effetti sekondarji possibbli.
Intqal li kull persuna li l-azzjonijiet tagħha huma maħsuba sabiex iqanqlu l-mibegħda kontra grupp, jew li l-azzjonijiet tagħha jwasslu għal mibegħda bħal din, qed tikser il-liġi.
Il-Kunsill Konsultattiv spjega li għalkemm id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti waħedhom huma tajba, xorta mhumiex biżżejjed.
Is-soċjetà Maltija għamlet qabżiet kbar f’dak li għandu x’jaqsam mal-għarfien, iżda għad hemm ħafna aktar li jrid isir ukoll.
L-istqarrija fakkret li l-edukazzjoni hija kruċjali. Filwaqt li l-mibegħda u l-ħdura jeħtieġ li jiġu mrażżna mill-ewwel ….huwa għalhekk li jeħtieġ pjan sostenibbli għall-awtizmu, illi jkun fit-tul.
//= $special ?>