Formula 1 Sport

Charles Leclerc jirbaħ il-Pole Position f’Monaco

(Ritratt: EPA)

Charles Leclerc rebaħ il-Pole Position f’Monaco biex b’hekk se jibda fl-ewwel post fil-Grand Prix fiċ-ċirkwit ta’ Monte Carlo. Warajh temm is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz li daħal 0.225 sekondi wara l-Franċiż.

Sergio Perez ta’ Redbull se jkun qed jibda mit-tielet post wara li kien involut f’inċident fl-aħħar dawra, b’Max Verstappen isegwi lil Messikan fir-raba’ post. Lando Norris u George Russel se jibdew mill-ħames u s-sitt post rispettivament, segwiti mill-veteran ta’ Alpine Fernando Alonso.

Lewis Hamilton se jibda mit-tmien post, b’Sebastian Vettel u Esteban Ocon jibdew fid-disa’ u l-għaxar post.