It-temp is-Sibt filgħodu ppermetta lit-tim tal-Kontroll tat-Tlielaq tal-Voomquest Enemed UIM V2 World Championship biex iżid tiġrija V2 biex tpatti għall-kanċellazzjoni tal-ġurnata ta’ qabel.
Ħames timijiet ħadu sehem fit-tellieqa ta’12-il dawra li rat lil Interceptor Remax jieħu postu fuq quddiem, iżda inqabeż minn El Diablo (Clive Butler/Sammy Grima) eżatt wara l-ewwel rawnds. Għall-parti l-kbira tat-tiġrija, El Diablo baqa’ jżid id-distakk bejnu u bejn Interceptor Remax u r-rebbieħa tal-GP preċedenti Freccia Blu (Beppe Debono/Dustin Mifsud). F’ħin minnhom Freccia Blu qabżu lil Interceptor Remax (Michael Xuereb/Sam Howse) u l-postijiet baqgħu jinbidlu bejn it-tnejn sakemm problemi tekniċi għal Freccia Blu wassluhom biex jonqsu il-pass b’mod konsiderevoli. Kif kien mbassar mill-bidu tat-tellieqa, il-bandiera marret għand El Diablo. Warajhom Interceptor Remax u Freccia Blu, li minkejja li kellhom inaqqsu r-ritmu rnexxielhom jiksbu it-tielet post.
It-tieni tellieqa saret wara nofsinhar b’bidu simili, b’Interceptor Remax jieħu postu fuq quddiem, iżda inqabez minn El Diablo f’nofs l-ewwel dawra. Kienu segwiti, fit-tielet post, minn Cutting Edge (Michael Abela/Steve Bezzina), li l-prestazzjoni tal-lum żgur pattiet għall-ħruġ diżappuntanti li kellhom fl-ewwel Grand Prix, din is-sena, minħabba diversi problemi tekniċi. Għal El Diablo din kienet it-tieni rebħa tal-ġurnata.
L-aħħar tiġrijiet tat-tieni Grand Prix se jsiru l-Ħadd 28 ta’ Mejju. L-ittestjar uffiċjali jibda fl-1030 hrs filwaqt li t-tiġrijiet jibdew fl-1400 hrs. L-avvenimenti jistgħu jiġu segwiti mix-Xatt tas-Sliema
Il-Kampjonati tad-Dinja Voomquest Enemed UIM V2 huma sponsorjati mill-Enemed u appoġġjati minn Yachting Malta Ltd., Chaudron Powerboats, P&C Cauchi Demolition, Visit Malta, Preluna Skyroom, Premium Power Sport u l-Kunsill Lokali tal-Isla.
//= $special ?>