Internazzjonali

Il-Ġappun jiftaħ il-fruntieri wara sentejn

Ritratt: BBC

Wara sentejn, il-Ġappun se jiftaħ il-fruntieri tiegħu għat-turisti hekk kif kienu magħluqa minħabba l-pandemija tal-Covid.

Dan jimmarka l-aktar mument sinifikanti s’issa fir-rilaxxament ta’ miżuri f’dan il-pajjiż. Iżda jidher li xorta se jibqgħu fis-seħħ ċerti restrizzjonijiet inkluż rekwiżiti sabiex jidħlu gruppi turistiċi fil-pajjiż.

Il-Ġappun implimenta wħud mill-aktar restrizzjonijet iebsa fid-dawl tal-pandemija tal-Covid tant li kien ipprojbixxa li viżitaturi barrani jattendu għal-Logħob Olimpiku.

Ir-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar kienu diġà ġew rilaxxati għar-residenti barranin u vjaġġaturi li jivvjaġġaw fuq negozju. Dan filwaqt li min-nofs Marzu kienu permessibbli li jidħlu studenti sabiex jistudjaw filwaqt li mill-1 ta’ Ġunju il-wasliet ta’ turuisti kienu limitati għal 20,000 persuna kull ġurnata.