Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular fil-Ħamrun

Raġel ta’ 51 sena residenti Ħal Qormi qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular f’binja li tinsab fi Triq Atocia, il-Ħamrun. L-inċident seħħ għal ħabta tal-10.30am.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.