Lokali

Il-proċess tal-għadd tal-voti għall-Elezzjoni ta’ Kap tal-PN

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm intemm il-proċess ta’ votazzjoni għall-Elezzjoni ta’ Kap tal-PN.

F’kummenti li għadda iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN Peter Fenech qal li l-aħħar informazzjoni qed turi li aktar minn 90% tal-Kunsilliera fi ħdan il-PN ivvutaw għal din l-elezzjoni. It-total ta’ persuni li vvutaw kien dak ta’ 1,404.

15-il persuna li kienu msefrin kellhom iċ-ċans li xorta waħda jivvotaw f’din l-elezzjoni permezz tas-sistema li tissejjaħ ‘proxy voting’.

NET Television, NET FM u NETnews.com.mt se jżommukom kontiwament aġġornati b’dak li jkun għaddej matul il-proċess kollu, fosthom bi programm speċjali li beda fl-4pm fuq NET Television u NET FM, b’diskussjoni fl-istudio, kif ukoll b’kollegamenti kull siegħa mis-sala tad-Dar Ċentrali.