Għall-ħabta tat-tmienja ta’ dalgħodu, raġel ta’ 32 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ waqt li kien qed jaħdem f’maħżen fi Triq l-Idwart, Ħ’Attard.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li r-raġel kien qiegħed iħott xi affarijiet minn fuq trakk, żelaq u waqa’ minn fuqu. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>