Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza

Raġel ta’ 63 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq in-Naġġar, il-Mosta.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel residenti l-Mosta, intlaqat minn Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena mill-Imtarfa.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.