Real Madrid rebħu l-14-il titlu tagħhom fil-UEFA Champions League meta fil-finali f’Pariġi għelbu lil Liverpool bl-iskor ta’ 1-0. Il-partita bdiet kwarta wara l-ħin minħabba diversi inċidenti barra l-grawnd qabel il-partita. Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima Real Madrid viċin li jmorru fil-vantaġġ meta Karim Benzema xeħet wara Alisson, bil-gowl ikun mħassar wara konsultazzjoni mal-VAR. Il-gowl uniku tal-partita wasal fid-59 minuta meta minn cross ta’ Federico Valverde kien Vinicius Jr li xeħet mill-viċin għal 1-0. Thibaut Courtois kien strumentali għal Real Madrid b’diversi saves biex żamm lil Real Madrid fil-vantaġġ.

