Lokali

“Mil-lum ‘il quddiem, ilkoll flimkien, nistgħu niddisinjaw u nwelldu partit aħjar” – Bernard Grech

“Nirringrazzjakom minn qalbi tal-fiduċja tagħhkom. Din l-elezzjoni waslet messaġġ ta’ għaqda… messaġġ li dan il-partit għandu jkompi jissaħħaħ. Illum rebħet l-imħabba fuq l-mibegħda, u l-verita fuq il-gideb. Lil dawk li vvutawli u silfuni l-fiduċja, ngħidilhom li jien se nkun qed nsarraf il-fiduċja tagħhom f’deċizzjoniiet. Grazzi talli għaziltu t-triq kuraġġuża ta’ deċizzjonijiet.”

Dan kien il-qofol tad-diskors tal-Kap tal-partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li ġie mħabbar ir-riżultat ir-riżultat tal-elezzjoni għall-Kap tal-PN, fejn b’kollox kien hemm 1,390 vot validu. Minn dawn, 1,124 ivvutaw IVA favur Bernard Grech biex ikompli jmexxi l-PN.

Bernard Grech saħaq li il-ħidma meħtieġa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista se tkompli, ħidma mimlija ħeġġa u deteminazzjoni … ħidma li se twassal għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-kunsilli lokali li se jsiru sentejn oħra. Ħidma li se twassal biex il-finanzi tal-partit jerġgħu jkunu fis-sod.. Huwa sostna li l-ħidma tiegħu se twelled partit aktar organizzat, b’saħħtu u effiċjenti.

IIl-Kap tal-PN qal li din l-elezzjoni kkonfermat kemm huwa urġenti l-bżonn li jkun hemm riorganizzazzjoni u dixxiplina tal-istrutturi kollha tal-partit u ta’ kull membru ta’ dan il-partit. Fl-istess waqt, Bernard Grech appella sabiex Ilkoll niġbdu ħabel wieħed, u b’hekk kull deċizzjoni li se titieħed tħalli l-frott.

“Din l-elezzjoni reġgħet ikkonfermat kemm hu bżonnjuż li jkollna dixxiplina u strutturar tajjeb fil-Partit. Kull min jagħżel li jkun ta’ servizz għall-partit, ikollu sehem attiv fil-partit. Jien inwiegħed li l-istruttura tal-partit se tiġi riġenerata,” tenna l-Kap tal-partit.

Bernard Grech qal li l-kuntatt man-nies se jibqa’ prijorita fil-ħidma tiegħu fejn se jkun qed iżur kull lokalità madwar Malta u Għawdex.