Illejla, Liverpool se jkunu qed ifittxu is-seba’ trijonf taghhom fic-Champions League … filwaqt li Real Madrid iridu jkabbru r-rekord li diga’ ghandhom ta’ 13-il rebħa f’din il-finali.
F’pajjiżna, Liverpool għandhom ferm aktar partitarji. Iżda it-tim Madrilen ukoll għandu ħafna li jsegwuh.
Is-Sibt filghodu saqsejna lin-nies ma’ min se jzommu illejla…u min jahsbu li huwa favorit li jirbah dan l-unur.
Il-finali tac-Champions League fi Stade de France tibda fid-9pm, bil-kowc Taljan ta’ Real, Carlo Ancelotti, qed jipprova jaghmel rekord personali – 4 rebhiet f’finali tac-Champions League. Rapporti qed jindikaw li f’Parigi hemm prezenti mas-60,000 partitarju ta’ Liverpool li invadew kull parti tal-kapitali Franciza, ghalkemm fil-pitch…din zgur se tkun finali ferm bilancjata.
//= $special ?>