L-innovatur, Franky Zapata, kien qed jieħu sehem f’esebizzjoni bl-inġenju magħruf bħala flyboard meta tilef il-kontroll tal-jetpack bir-riżultat li waqa’ minn għoli ta’ 15-il metru.
Intant, it-tobba tal-isptar qalu li Zapata, eks champion tal-jet-ski u li għandu 40 sena, qiegħed jirupra tajjeb anki jekk għadu taħt osservazzjoni.
Franky Zapata, magħruf bħala The Flying Man, sar famuż madwar id-dinja wara li, fl-2019, kien qasam il-Kanal Ingliż b’dan il-flyboard uniku.
//= $special ?>