Sport Sport Ieħor

Imut Lester Piggott, wieħed mill-aqwa sewwieqa taż-żwiemel

Tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-aqwa sewwieqa fl-istorja tat-tiġrijiet taż-żwiemel – LESTER PIGGOTT. Huwa kellu 86 sena. Rebaħ b’kollox 30 kompetizzjoni klassika fir-Renju Unit f’karriera fejn rebaħ 4,493 tellieqa fosthom 11666 fir-Royal Ascot apparti li bejn l-190 u l-1982 kien ħdax il-darba ‘champion jockey’. L-ewwel suċċess kisbu fl-1948 fl-eta ta’ 12 il-sena f’Haydock u rtira fl-1994 wkoll f’Haydock. L-ewwel Derby li rebaħ kien fl-1954 f’Epsom fuq Never Say Die u minn dakinhar sal-1983 rebaħ disa’ darbiet. Fl-1990 , tnax il-ġurnata wara l-ewwel darba li kien irtira rebaħ fuq Royal Academy il-Breeders Cup Mile b’fond ta’ premju ta’ miljun dollaru. Fl-1983 kien weħel tlett snin ħabs imnaqqsa għal sena u ġurnata minħabba frodi ta’ taxxa għal ammont ta’ tlett miljun lira sterlina.