Il-pulizija fin-Niġerja qed jinvestigaw inċident traġiku fejn ‘il fuq minn 30 persuna spiċċaw mgħaffġin f’rassa. It-traġedja seħħet fil-belt ta’ Port Harcourt, lejn in-nofsinar tan-Niġerja u waqt li l-uffiċjali ta’ knisja kienu qegħdin iqassmu l-ikel lill-familji foqra f’zona li s-soltu tintuża għall-attivitajiet sportivi u li kienet ippakkjata bin-nies.
Il-pulizija issa qalet li l-folol f’dik iz-zona, f’ħin minnhom, saru inkontrollabbli u li l-uffiċjali u l-attivisti tal-knijsa naqsu milli jikkalmaw is-sitwazzjoni.
Ħafna min-nies li mietu mgħaffġin huma nisa u tfal, bin-nies li raw it-traġedja tiżvolġi jirrakkuntaw li gruppi ta’ nies bdew jagħfsu fuq xulxin minn kull direzzjoni, bl-aktar persuni dgħajfin jispiċċaw taħt is-saqajn tal-folol.
Is-sitwazzjoni, maż-żmien, inġiebet taħt kontroll mill-membri għas-servizzi tas-sigurtà li ssejħu fuq il-post iżda mhux qabel irriżultw l-għexieren tal-mejtin u midruba, Intant, numru ta’ midruba ddaħħlu fl-isptar militari ta’ Port Harcourt fejn qegħdin ikunu trattati għall-ġrieħi li ġarrbu.
//= $special ?>