L-Awstraljan Jai Hindley rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Giro D’Italia meta temm fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali. Iċ-ċiklist ta’ Bora Hansgrohe b’ 86 siegħa 31 minuta u 14 il-sekonda temm b’vantaġġ ta’ minuta u 18 il-sekonda fuq Richard Carapaz tal-Kolumbja biex rebaħ il-105 edizzjoni tal-Giro d’Italia. Fit-tielet post b’distakk ta’ 9 minuti u 2 sekondi temm Vincenzo Nibali qabel Pello Bilbao b’distakk ta’ 9 minuti u 14 il-sekonda. Il-21 u l-aħħar prova tal-Giro kienet tellieqa kontra l-ħin fiċ-ċirkwit ta’ Verona fuq medda ta’ ftit aktar minn 17-il kilometru ntrebħet minn Matteo Sobrero ta’ Team BikeExchange fi 22 minuta 24 sekonda.Fit-tieni post temm Thymen Arensman ta’ Team DSM b’distakk ta’ 23 sekonda filwaqt li fit-tielet post temm Mathieu Van der Poel ta’ Alpecin-Fenix b’distakk ta’ 40 sekonda.
//= $special ?>Jai Hindley jirbaħ il-105 edizzjoni tal-Giro D’Italia
29 ta' Mejju 2022