Żewġ persuni jinsabu fil-periklu tal-mewt wara sparatura li seħħet fl-inħawi ta’ Chattanooga — fl-Istat ta’ Tennessee — u li ħalliet talanqas tmienja midruba.
L-isparatura saret f’zona pjuttost viċin it-Tennessee Aquarium u l-waterfront ta’ Chattanooga. Intant, il-pulizija li waslu fuq il-post sabu lil xi gruppi taż-żgħażagħ li kienu qegħdin jisparaw fuq xulxin, flimkien ma’ numri ta’ nies li kienu qed jaħarbu ‘il hinn f’paniku.
Il-midruba ttieħdu l-isptar b’urġenza, bl-awtoritajiet jikkonfermaw li l-vittmi kienu kważi kollha adolexxenti, bi tnejn minnhom għandhom ‘il fuq minn 20 sena.
Jidher ukoll li l-inkwiet żbroffa waqt li gruppi u klikkek taż-żgħażagħ kienu qed iħufu fl-inħawi — bil-pulizija qed iżżomm talanqas żgħażugħ taħt arrest li qed jgħinha fl-istħarriġ.
//= $special ?>