Lokali

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Marsa

Żagħżugħ minn Wied il-Għajn kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu fi Triq il-Marsa meta l-vettura misjuqa mir-raġel ta’ 27 sena ħabtet ma’ barries ta’ central strip. Flimkien miegħu passiġġiera kien hemm żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Raħal Ġdid u tfala ta’ 17-il sena mill-Ħamrun.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żgħażagħ l-isptar għal aktar kura. Aktard tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla ġarbet ġrieħi ħfief. Fortunatament iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ma ġarrab ebda ġrieħi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta mal-każ.