Atletika Sport

Charlotte Wingfield b’suċċess fl-Irlanda ta’ Fuq

Suċċess għal atleta Maltija Charlotte Wingfield fil-Mary Peters 50th Gold Medal Anniversary – Belfast International Meeting. Kompetizzjoni biex tfakkar il-50 anniversarju minn meta l-atleta Britannika Mary Peters rebħet il-midalja tad-deheb fil-Heptathlon fl-Olimpijadi ta’ Munich fl-1972 Charlotte Wingfield rebħet il-200 metru f’24.50 sekondi qabel Jennifer Hanrahan f’24.95 sekondi u Jenna Breen f’24.99 sekondi. Fit-22 ta’ Mejju f’Belfast , Wingfield għamlet id-distanza f’ 24.73 sekondi filwaqt li fl-1 ta’ Mejju fi Clermont għamlet il-200 metru f’24.30 sekondi Riżultati li jawguraw tajjeb għall-atleta Maltija li fil-11 ta’ Ġunju se tkun fl-azzjoni fil-Kampjonati tal-Atletika għall-Istati Żgħar li għandhom isiru f’Malta. Fi tmiem il-finali Charlotte Wingield kienet ippreżentat bit-trofew mill-istess Mary Peters.