Il-pittura tal-Mona Lisa spiċċat suġġetta għal protesta għall-għarrieda minn raġel li kien qed jilagħbha ta’ mara anzjana f’wheelchair u li rnexxielu javviċina din il-pittura famuża ta’ Leonardo da Vinci wara li daħal fil-mużew ta’ Louvre, f’Pariġi.
Ir-raġel, f’ħin minnhom, qam mill-wheelchair u ċappas il-ħġieġa li qed tipproteġi din il-pittura bil-fdalijiet ta’ kejk qabel ipprova jkisser dik il-ħġieġa. Filwaqt li n-nies fil-viċinanzi baqgħu ssummati, ir-raġel beda anki jwaddab il-ward ma’ kullimkien sakemm spiċċa mrażżan mill-membri tas-sigurtà tal-Louvre.
Ħarġu wkoll il-filmati fejn ir-raġel jinstama’ jgħid li ried jieħu din l-azzjoni biex jiġbed l-attenzjoni għall-istat tad-dinja u fejn anki rrefera għan-nies li, skont hu, qegħdin jippruvaw jeqirdu l-pjaneta tagħna.
//= $special ?>