Ġojjellier rinomat Malti, vittma ta’ frodi ta’ €270,000 minn ċittadini Franċiżi, li jidher li għandhom l-għeruq tagħhom fis-Serbja, huwa wieħed minn negozjanti fl-Ewropa migduma minn gang professjonali organiżżat fi Franza. Allegatament wara li jisolħu ammonti kbar ta’ flus, fi ftit ħin il-‘gangż jitilqu lura fil-bażi tagħhom fi Franza. Vittmi oħra ta’ frodi huma persuni oħra madwar l-Ewropa fosthom f’Londra u l-Fillandja.
Żewġt irġiel Valentino Jovanovic u Brindo Jovanovic, li ma jiġux minn xulxin jinsabu għaddejjin proċeduri separati fil-Qorti Maltija mixlijin bi frodi fejn allegatament wara li urew interess li jixtru ġojjelli u deheb f’Malta, spiċċaw ħallsu negozjant Malti bi flus foloz. Il-kawżi qegħdin jinstemgħu mill-Maġistrat Doreen Clarke u l-Maġistrat Astrid May Grima.
Iż-żewġ akkużati, wara li wettqu l-allegat frodi ħarbu mill-ewwel minn Malta, iżda nġiebu lura wara ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew minn naħa tal-Pulizija Maltija. Valentino Jovanovic u Brindo Jovanovic kienu arrestati f Franza wara talba ta’ mandat ta’ arrest Ewropew milll-Finlandja, u wara spiċċaw Malta fuq mandat ta’ arrest Ewropew mitlub mill-Pulizija Maltija. Allegatament huma wettqu reati simili fil-Finlandja.
Il-Pulizija Maltija ħarġet ukoll mandat ieħor fuq żewġt irġiel oħra li huwa maħsub li għandhom rabta ma’ dan il-każ, li fih jista’ jkun hemm ukoll l-inviolviment ta’ mara, li għandha konnessjoni ma’ dawn l-irġiel.
Sadanittant huwa mifhum li jista’ jkun hemm rabta bejn dawn l-irġiel u ċertu Mickael Jovanovic, ta’ 27 sena, li wkoll għandu passaport Franċiż. F’Ġunju tal-2020, dan ġie kkundannat tliet snin u tmien xhur ħabs minn Qorti Ngliża, wara li nstab ħati li f’ħanut tal-ġojjelli li jinsab f’Mayfair, Londra wettaq dik li tissejjħa ‘scam’ ta’ ġojjellerija meta rnexxielu jibdel djamanti prrezzjużi ma’ ċagħaq, li fid-dehra huwa ferm simili għal ħaġar prezzjuż.
Din il-ħadma professjonali swiet lil ħanut f’Londra aktar minn £4miljun. Il-klijenti ta’ dan il-ħanut huma miljunarji u li ħafna minnhom huma fil-qasam tal-ispettaklu. Fost il-klijenti ta’ dan il-ħanut hemm Victoria Beckham, il-mara tal-eks player famuż tal-football David Beckham.
Brindo Jovanovic, ta’ 24 sena u Valentono Jovanovic bdew jiġu investigati f’Settembru tal-2019, meta ġojjellier rinomat lokali, kien parti fi tranżazzjoni ta’ deheb, u li ftit wara nduna li kien tħallas b’karti tal-flus foloz. L-Ispetturi Shaun Friggieri u Colin Sheldon, li ħadu ħsieb l-investigazzjonijiet, spjegaw fil-Qorti kif il-vittma kien iltaqa’ ma’ ‘klijent’ f’lukanda ġewwa Tas-Sliema fejn hemm ntlaħaq il-ftehim.
Madankollu, meta d-deheb ingħata, l-allegati frodisti ingannaw lill-vittma meta għaddewlu €270,000, tal-valur tad-deheb mixtrimeta ħallsuh bi flus foloz. Il-vittma kien irrapporta li kienu saru negozjati ma’ ċertu David Bennet iktar kmieni matul is-sena 2019 fejn in-negozjant Malti, kien imlaqqa’ ma’ dan Bennet minn ċertu David Demajo, bil-proposta li kien interessat jixtri xi deheb.
Bennet, li wkoll telaq minn Malta, u li qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet, kien għamel proposta lil ċertu David Demajo fuq l-interess ta’ persuni li riedu jixtru deheb u ġojjelerija. l-Malti, negozjant kbir tal-ġojjelleria, u li llum jappartjeni lit-tfal tiegħu, qal lill-Pulizija li Bennet kien ċempillu hemm il-darba u anke bagħtlu messaġġi fuq Whatsapp fejn kien interessat jixtri ammonti ta’ ġojjelli.
Kienu ddeċidew li jgħaddilu r-ritratti tad-deheb fuq Whatsapp u spjega li Bennet qallu li kien sinjurun u li kien se jixtri appartament Portomaso mingħand David Demajo. Il-Malti kien emmen li dan huwa verament ġej minn familja sinjura. Bennet kien spjegalu kif kien se jiġi kuntattjat minn xi courriers li ħa jibgħathom bil-flus kontanti biex ikunu jistgħu jagħmlu din it-tranżazzjoni u li dan kellu jseħħ fil-5 ta’ Settembru, 2019 u li kienu se jiltaqgħu miegħu f’lukanda tas-Sliema fejn kienu irriżervaw kamra fil-lukanda li tintuża bħala meeting room sabiex issir din it-tranżazzjoni,
Il-ġojjellier Malti kien ħa lil ibnu u marru bil-karozza u ħadu l-ġojjelerija kollha magħhom. Il-missier kien daħal fil-lukanda u fil-waiting area kien ntlaqa’ minn persuna, identifikata bħala courier, li kien qed jaħdem għal David Bennet. Miegħu kien hemm persuna oħra. Dawn qalulu li jisimhom Nahan u Alex Lotoski. Wieħed minnhom kien informa lit-tifel tal-vittma sabiex jistenna barra u ma jidħolx fil-meeting room.
Wieħed minn dawn is-suspettati kien jaf jitkellem bl-Ingliż u qal lit-tifel li wieħed biss seta’ jidħol u għalhekk it-tifel baqa’ barra u iżda baqa’ bil-ġojjelerija barra fil-karozza filwaqt li l-missieru qal li s-suspettat l-ieħor kien jitkellem bil-Franċiż, iżda mhux bl-Ingliż u li kien bilqiegħda madwar il-mejda u dawn kellhom il-magni sabiex jgħoddu l-flus.
Il-vittma qal li hemm sar l-iskambju tal-flus fuq din il-biċċa negozju, kien għoddew il-flus permezz ta’ magna u bdew jagħtuh il-flus f’ batches ta’ 10,000 ewro, Meta kienu qed jingħaddu l-flus li ntefgħu fil-magna, dawn dehru ġenwini, fejn bdew jiġu ssiġġillati f’envelope.
Kienu l-akkużati li bdew jissiġġillaw il-flus u li jitfgħhom f’baskett, li kien qiesu ‘laptop case’, wara niżlu isfel u t-tifel għaddielhom il-baskett bil-ġojjelerija u l-affarijiet li kienu ftehmu fuqhom.
Dak il-ħin il-missier u ibnu staqsew lix-xerreja jekk riedux jiċċekkjaw il-ġojjellerija, li kollox kien hemm, u li ma hemm l-ebda problemi. Dak li jitkellem bl-Ingliż qalilhom li mhemmx għalfejn u telqu fejn kulħadd telaq għal rasu.
Il-vittma mar id-dar u hemm induna li l-flus kienu foloz. Huwa ppannikja beda jċempel lil Demajo u anke lil Benett, li iżda dan ma ħax tweġiba. Fil-frattemp it-tifel tal-vittma mar mill-ewwel l-ajruport internazzjonali ta’ Malta għax għaddielu suspett li l-frodisti setgħu ħarbu minn Malta.
Madankollu huwa ma rahomx u wara rriżulta li dawn diġa kienu qabdu ajruplab u telqu. Ġie preżentat rapport tal-pulizija u l-investigaturi bdew jiġbru filmati tas-CCTV, inkluż fl-ajruport u jiġbru flimkien evidenza fil-forma tal- biljetti tat-titjira, prenotazzjonijiet ta’ lukandi u rekords ta’ lokalizzazzjoni, f’tentattiv li jillokalizzaw lill-persuni.
L-awtoritajiet tal-pulizija f’diversi nħawi tal-Ewropa ġew ukoll avżati u nħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew. Is-suspettati kienu nqabdu l-Finlandja fejn kienu qegħadin jiġiuinvestigat fuq frodi simili u kien mgħoddija lill-awtoritajiet Maltin. L-Ispetturi Shaun Friggieri u Colin Sheldon, flimkien mal-avukat Karl Muscat, f’isem l-Uffiċċju tal-AĠ, qed imexxu l-investigazzjoni. L-avukati Franco Debono u Francesca Zarb qegħdin jidhru dehru parte civile f’isem il-vittma.
L-irġiel qegħdin jiġu akkużati li jifformaw parti minn grupp li kellu l-intenzjoni li jagħmel reat, konfoffa ma’ persuni barra minn Malta, li xjentement użaw karti tal-flus iffalsifikati, frodi u li għamlu qligħ frawdolenti ta’ aktar minn €5000. Fil-Qorti ħareġ li wara li wara din l-operazzjoni, li peress li kien hemm dak l-ammont kollu ta’ flus li kellu fil-briefcase, il-vittma baqa’ sejjer fil-ħanut ħalli jdaħħalhom fis-safe.
Madankollu kif wasal mat-tifel fil-ħanut, wara li fetaħ l-ewwel envelope hu t-tifel skoprew li l-flus kienu karti pprintjati fuqhom u deher biċ-ċar li ma kienux ġenwini. Huwa tfixkel u ma setax jemmen x’kien seħħ u qed jara quddiemu u ċempel lill-Pulizija.
//= $special ?>